Nimxu Lejn u Nitilqu Minn

05.16.2010 · Posted in Home

Lejn liema naha inti miexi? Inti miexi lejn x’ imkien, jew tlaqt minn x’ imkien?

Tista’ tkun mitluf. Tista’ ma tkunx taf fejn int jew fejn suppost trid tmur. Jekk dak huwa l-kas, tista’ tkun qed ticcaqlaq, izda biss miexi ‘l hemm u ‘l hawn, jew iddur fl-istess post, jew semplicement tahli l-energija biex tibqa’ fejn int! Jekk ma tafx fejn inti sejjer, jew insejt ghal kollox, ma tistax tkun miexi lejn x’ imkien. U jekk ma tafx minn fejn tlaqt, jew anke jekk insejt, allura ma tistax tghid li tilaq minn x’ imkien.

San Luqa jirrakkonta ezempju tajjeb ta’ kif timxi lejn x’ imkien u ta’ kif titlaq minn x’ imkien. Huwa kiteb zewg kotba: wiehed huwa l-Evangelju tieghu, u l-iehor huwa l-Atti ta’ l-Appostli. Ta’ l-ewwel huwa storja ta’ mixja lejn, l-iehor huwa storja li titlaq minn. Fl-Evangelju ta’ San Luqa ghandna l-istorja ta’ Gesu’ miexi lejn Gerusalem, il-Belt il-Qaddisa, flimkien mad-dixxipli Tieghu. Hemmhekk ikun imsawwat u maqtul bhal vitma tas-sagrificcju. Izda hemmhekk ukoll huwa jirbah fuq id-dnub, il-mewt u l-hazin. Ghall-mitlufa, bhaz-zewg dixxipli ta’ Ghemmaws, huwa lest jitbieghed ghal ftit minn Gerusalem; izda biex iregga’ lura lejn il-Komunita’ tal-Ghid lil dawk li jkunu xterrdu.

Jekk tqabbel l-ahhar passaggi tal-Vangelu ta’ Luqa ma’ l-ewwel passaggi ta’ l-Atti tal-Appostli, issib kwazi ripetizzjoni. It-twettiq tal-missjoni ta’ Gesu’ li jasal Gerusalem bhala ir-Re tar-Rejjiet mill-aktar umli, ghalkemm qawwi. Gesu’ jirritorna lura ghand il-Missier; izda qabel ma jaghmel dan, jordna lid-dixxipli Tieghu biex jistennew sakemm jitlibbsu bil-qawwa mill-gholi. Darba l-Ispirtu s-Santu jinzel fuqhom huma kellhom jitilqu sat-truf kollha ta’ l-art. Ghalhekk, l-Atti tal-Appostli, fejn insibu l-istorja impressjonanti tal-grajja ta’ Pentekoste, huwa r-rakkont tal-mod hafif kif telqu minn hemm, sakemm il-Vangelu jasal Ruma, illi kien ikkonsidrat ghalihom bhala t-truf tal-art.

Din il-gimgha se nkun qed nitlob ghalik biex l-Ispirtu s-Santu jinzel fuqek u jdawwlek b’ sens ta’ direzzjoni fil-hajja tieghek. Huwa jghinek timxi f’ direzzjoni wahda b’ ferh u entusjazmu kbir. Kull ma hemm go fik, is-sensi tieghek, mohhok, qalbek, anke l-energija, it-talenti u dak kollu li ghandek, kif ukoll ir-relazzjonijiet tieghek, iridu jimxu lejn Gesu’, l-Uniku Salvatur tal-bnedmin; Huwa t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja. U jekk l-ezistenza tieghek diga iltaqghet b’ mod personali u intimu ma’ Kristu Rxoxt, allura halli l-Ispirtu s-Santu isuqek mill-gewwieni tieghek biex titlaq minn hemm. Hafna nies qed jistennew ghatxana ghax-xhieda tieghek. Inti m’ ghandekx tibqa’ fejn int, imwahhal fl-istess post, thares lejn is-sema. Inti trid titlaq lejn it-truf kollha tal-art, jekk mhux fizikament, spiritwalment permezz tal-intercessjoni; jekk mhux b’ mod dirett, b’ mod indirett bhal meta haga ccaqlaq ohra; jekk mhux billi titlaq il-familja tieghek u pajjizek, minn darek stess permezz tal-internett!

May 2024
M T W T F S S
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
2728293031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!