While blessing them He was carried up into heaven

Luke 24:44-53

New Revised Standard Version
24:44 Then he said to them, “These are my words that I spoke to you while I was still with you–that everything written about me in the law of Moses, the prophets, and the psalms must be fulfilled.”

24:45 Then he opened their minds to understand the scriptures,

24:46 and he said to them, “Thus it is written, that the Messiah is to suffer and to rise from the dead on the third day,

24:47 and that repentance and forgiveness of sins is to be proclaimed in his name to all nations, beginning from Jerusalem.

24:48 You are witnesses of these things.

24:49 And see, I am sending upon you what my Father promised; so stay here in the city until you have been clothed with power from on high.”

24:50 Then he led them out as far as Bethany, and, lifting up his hands, he blessed them.

24:51 While he was blessing them, he withdrew from them and was carried up into heaven.

24:52 And they worshiped him, and returned to Jerusalem with great joy;

24:53 and they were continually in the temple blessing God.

One Response to “While blessing them He was carried up into heaven”

  1. Gejtu Farrugia says:

    Jekk aħna nħarsu sewwa lejn il-Vanġelju u L-ewwel Qari ta’ din il ġimgħa insibu li hemm kontradizzjoni ċara. Iktar sorprendenti, f’dawn iż-żewġ qari li skont it-tradizzjoni, ġew mill-istess id – minn San Luqa.

    Il-passaġġ tal-Vanġelju jiddiskrivi id-dehra ta’ Ġesu’ Rxoxt lid-dixxipli fil-‘kamra ta’ fuq’. Kif jiddiskriviha San Luqa, din seħħet eżatt wara li żewġ dixxipli irritornaw min laqgħa li kellhom ma’ Ġesu’ fi triqthom lejn Emmaws. Kien Ħadd il Għid. Jidher ċar li fl-istess ġurnata, Ġesu’ ħadhom lejn Betanja (barra minn Ġerusalem). Hemm, “infired minnhom u kien meħud lejn is-sema.” Tlugħ tal-Mulej f’Ħadd il-Għid?

    Mill-banda l-oħra, fl-Atti tal-Appostli, li hu wkoll xogħol San Luqa, insibu li Ġesu’ “wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f’erbgħin jum rawh kemm il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta’ Alla.” Kien fl-aħħar ta’ dan il-perjodu (kważi sitt Ġimgħat), li hu kien meħud fis-sema, fil-waqt li baqgħu iħarsu skantati lejh, ġiet sħaba u għattietu. Liema minn dawn iż-żewġ rakkonti sejrin nemmnu li huwa sewwa?

    Huwa wkoll possibbli li norbtu l-misteru tat-‘Tlugħ fis-Sema’ mal-ġrajja tas-Salib – il-‘Ġimgħa l-Kbira’. Fil-Vanġelju ta’ San Ġwann, Ġesu’ jgħid: “U meta nintrefa’ ‘l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmien kollha lejja.” Il-kelma “nintrefa” tista’ tapplika mhux biss li jkun merfugħ fuq is-salib, imma merfugħ lejn ħajja ġdida, lejn il-glorja tal-Missier. Hemm ukoll ir-rimarka li tolqtok, li jgħid Ġesu’ lill-‘ħalliel it-tajjeb’ fuq is-salib: “Illum stess tkun il-Ġenna miegħi.”

    Bla dubju, dawn id-diskrepanzi ma għandhomx jiskunċertawna. Dak li qed jgħidulna huwa li rridu noqgħodu attenti kif naqraw u kif ninterpretaw dawn ir-rakkonti ta’ wara l-Qawmien. Kull qari, b’mod li tieħdu kelma b’kelma jew b’fehma stretta ta’ duttrina (kif ġieli kien jingħata il-katekiżmu antik tagħna) irridu nevitawh. Li huwa mportanti mhux dak li qed jingħad, imma it-tifsira iktar fil-fond ta’ dak li qed jingħad.

    U dan japplika għall-kunċett tal-Assunzjoni nnifisha. It-tlugħ ta’ Ġesu` fis-sema ma jfissirx li hu litteralament beda tielgħa ‘l fuq fl-ispazju. Jekk tifimha b’dak il-mod, tkun qed twasslek għall-mistoqsijiet redikoli li ma jkollhomx tweġiba.

    Il-Misteru tal-Għid – il-passjoni, il-mewt, il-qawmien, it-tlugħ fis-sema, u l-miġja tal-Ispirtu s-Santu jifforma ‘Realta’ sħiħa li trid tkun mifhuma bil-fidi. Jekk il-Ġimgħa l-Kbira għalina, Ġesu’ verament miet, Ħadd ’l Għid huwa rxoxta u għadu ħaj.

    U l-Assunzjoni żżid, li dan Ġesu’ rxuxtat huwa ħaġa waħda mal-Missier fil-glorja. Li se niċċelebraw f’dan il-Vanġelju huwa li għadda ż-żmien ta’ Ġesu` “storiku”, u beda ż-żmien ta’ Ġesu` fil-Knisja permezz tal-Ispirtu tiegħu.

    Fit-Tieni Qari, fl-Ittra lill-Efesin tal-ewwel insara, ikompli jgħidilna li din il-preżenza se takkumpanja l-istorja tal-bniedem – “mhux biss għaż-żmien ta’ issa imma għalli ġej.” Ġesu` “ġie meħud minn quddiem għajnejn” il-bnedmin, imma se jibqa’ preżenti u jaħdem fosthom permezz tal-Knisja.

    It-Tlugħ fis-sema, għalhekk huwa l-quċċata tal-mixja ta’ Ġesu’ Bin Alla, il-milja tal-Għid tiegħu. L-insara, min-naħa tagħhom għandhom f’din il-ġrajja sinjal ta’ tama kbira.

    Sadanittant, għalhekk, hemm ħafna xogħol xi jsir. Ġesu’, li ħalliena fil-preżenza fiżika tiegħu, issa jistenna minna li nġorru u nkomplu ix-xogħol tiegħu, li nagħmlu li għamel hu, u li nagħmlu “affarijiet iktar kbar”.

    Din mhix biss “bxara tajba”, iżda l-Bxara t-Tajba, it-tama li se jkollhom bżonn il-bnedmin kollha fiż-żminijiet kollha tal-istorja. Hija r-responsabbilta’ tal-Knisja u ta’ dawk kollha li jaħdmu fiha li jwasslu din il-Bxara t-Tajba lis-soċjeta’ tal-bnedmin f’kull żmien.

    Allura fejn hu Ġesu’ issa? Hekk kif spiċċa jkellem lill-Appostli, ġiet sħaba (sinjal tal-preżenza ta’ Alla) għattietu u ttieħed minn maħhom. Baqgħu hemm iħarsu ‘l fuq fis-sema, Żewġ messaġġiera staqsewhom: “X’intom tħarsu lejn is-sema?” U qalulhom : “dan Ġesu’ li ttieħed minn magħkom, għad jerġa’ jiġi kif rajtuh sejjer.”. Huma kellhom imorru lura Ġerusalem.

    It-tlugħ fis-sema ta’ Ġesu` m’huwiex vjaġġ ‘il hinn mis-sħab, imma komunjoni sħiħa ma’ Alla. L-insara ħarsithom lejn is-sema, imma saqajhom fl-art. Is-Saltna tas-sema trid tibda minn hawn fl-art. Il-ħajja u l-ħidma tagħna trid iġġedded il-ġrajja tiegħu fid-dinja. Id-dinja mhux se tara lilu kif kienu jarawh in-nies ta’ żmienu, imma se tara l-preżenza tiegħu fil-ħajja u l-ħidma tagħna l-insara.

    Huma – u aħna bil-kelma u bil-fatti irridu nxandru u nirrakkontaw l-istorja tal-ħajja, t-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu’. Huma – u aħna irridu nsejjħu lin-nies għall-konverżjoni radikali, għall-maħfra mid-dnubiet permezz ta’ rikonċiljazzjoni intima’ ma’ Alla, u ma’ ħutna l-bnedmin.

    Il-mewt, il-qawmien u t-tlugħ ta’ Ġesu’ juru li m’hemm l-ebda sitwazzjoni li Alla ma jistax jibdel u jsalva, l-ebda mewt li ma tistax tinbidel f’ħajja, l-ebda dnub li ma jistax jinħafer, l-ebda jasar li ma jistax jinbidel f’ħelsien, l-ebda inġustizzja li ma tistax tinbidel f’ħidma għall-ġustizzja u s-sewwa, ebda disperazzjoni li ma tistax tinbidel f’tama.

    Il-festa tal-lum, mhix aljenazzjoni, imma konċentrazzjoni fuq il-futur aħħari tagħna. Ġesu’ mhux telaq għal rasu. Ma telaqx bla kliem u bla sliem. Ġesu’ tana kelmtu: ”Mhux se nħallikom iltiema.” “U ara jiena magħkom dejjem, sal-Aħħar taż-żmien.”

    Illum, f’din il-festa tat-Tlugħ fis-sema ta’ Ġesu’, dak il-mandat qed jerġa’ jingħata lilna. U ‘l mod kif se nkompluh, juri jekk verament aħna nonoraw it-tifsira ta’ din il-festa.

Leave a Reply for Gejtu Farrugia

March 2024
M T W T F S S
 123
45678910
11121314151617
18192021222324
25262728293031

Updates:

Now you can ffind and see:

Now you can ffind and see: Update Picture of the Perpetual Eucharistic Adoration Latest Photos Countries of English Speaking Africa. Lectio Divina for this week.