Mix-Xitwa ghar-Rebbiegha

01.30.2010 · Posted in Home

Mix-xitwa ghar-rebbiegha; mir-raqda tan-natura ghall-qawmien taghha; mit-temperaturi kiesha fejn xejn ma jghixx, ghaz-ziffa shuna li ssejjah hajja gdida. Minn Gwann ghal Gesu’, mill-vuci tghajjat fid-dezert ghall-Kelma li saret Bniedem; mill-messagg li jwerwer tal-kastig li gej ghat-tama gdida ta’ fejqan u hniena; min-nies li jersqu ghall-maghmudija minhabba l-biza’, ghan-nies gejjin minn kulimkien bil-ghageb.

Madwarna tara bosta sinjali ta’ xitwa: indifferenza, dubju u nuqqas ta’ twemmin…. Madanakollu, il-Papa Gwanni Pawlu II, hekk kif bidet toqrob is-sena 2000, habbar Rebbiegha Gdida. Jiena qed nistenna bil-herqa l-gurnata meta nkunu nistghu nghidu: “Din il-Kitba sehhet illum, intom u tisimghu” (Luqa 4:21). Ikun zmien meta xejn ma jkun jista’ jaqta’ l-ghatx ghall-Kelma ta’ Alla; zmien meta nitkellmu ma’ Alla u dwar Alla, ta’ lanqas daqskemm nitkellmu fuq il-politika u l-football; zmien meta s-solitudni taghna tintrebah mill-ghaqda u l-interess personali tal-komunita’ ta’ fidi.

Fr Paul Fenech

January 2025
M T W T F S S
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
2728293031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!