Vizjoni u vizjoni

03.05.2010 · Posted in Home

Kull meta nifthu ghajnejna naraw il-vizjonijiet; vizjonijiet normali, ordinarji u familjari. Xi kultant ikollna vizjonijiet mhux komuni, straordinarji, mhux tas-soltu. Jista’ jkollok dawn il-vizjonijiet kollha minghajr ma jkollok ebda Vizjoni. Tara vizjonijiet, hafna minnhom, izda xorta wahda l-hajja tieghek tkun qisha minghajr ebda direzzjoni.

Tiehu gost b’ dak li tara, naturalment b’ dak li hu sabih u joghgbok, izda inti tibqa’ maqtugh, bhal qisu dak lit kun qed tara m’ ghandu xejn x’ jaqsam mall-hajja personali tieghek. Dan ghaliex apparti dawn il-vizjonijiet, ghandek bzonn Vizjoni; u din takkwistaha billi tisma’. Tara dizastri bhal dawk li qed naraw f’ Haiti u fic-Cili; tara l-konflitti mdemmija tal-Lvant Nofsani, ta’ l-Iraq u l-Afganistan; tara t-theddida ghall-faqar minhabba l-kriszi ekonomika; tara tant aborti jsiru; tara l-generazzjoni future tittnissel fil-laboratorji, addottata minn zewg persuni ta’ l-istess sess, imrobbija b’ kura ta’ zewg ommijiet jew zewg missirijiet… u tistaqsi lilek innifsek: “Hawn x’ qed jigri?

‘Il fejn sejra l-umanita’? X’ inhu l-messagg wara dan kollu?” Ghandna bzonn Vizjoni, Vizjoni li jista’ jkollna biss jekk nisimghu sewwa is-sinjali taz-zminijiet. Hemm Kelma li ghandna bzonn NISIMGHUHA!

Hemm xi Hadd li huwa ‘il fuq minna u minn dawn ic-cirkustanzi, li qed jitkellem. Jista’ jkollok Vizjoni semplicement billi thares lejn il-vizjonijiet, minghajr ma TISMA’… LILU?

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!