Lehnu, Aktar Minn Kelmtu

04.26.2010 · Posted in Home

Illum qed nghixu f’ kultura li tilfet is-sens tas-smiegh. Ahna aktar nimxu b’ dak li naraw, bil-viswal. Ir-raguni tista’ tkun ghaliex il-bniedem xeba’ jisma’ kliem. Din hija l-konsegwenza negattiva ghall-progress kbir u mghaggel fil-komunikazzjoni tal-massa, fil-liberta’ tal-espressjoni u fit-teknologija. Illum sar facli mmens ghal kulhadd biex jghid kulma joghgbu lil kulhadd. U aktar ma jkollok mill-istess haga, inqas tapprezzaha!

Illum, il-Kelma ta’ Alla hija kelma ohra qalb il-kwantita kbira ta’ kliem li jinghad il-hin kollu. U dan biex ma nsemmux il-hsara li ssir lill-kelma minn dawk li jigdbu u jiksru, kultant anke fl-istess waqt li qed jaghtuha!

Sa ftit zmien ilu, il-Kelma ta’ Alla kont issibha biss f’ idejn is-sacerdoti. Illum hija l-aktar Ktieb li jinbiegh u sahansitra jitqassam b’ xejn! Il-Bibbja ssibha kull imkien, anke fil-kmamar tal-Hotels. Hafna Nsara ta’ denominazzjonijiet, gruppi u anke setet differenti li lanqas jixirqilhom dan l-isem, jippridkaw il-Kelma ta’ Alla u jiffittaw in-nies fi djarhom bil-kwotazzjonijiet mill-Bibbja, u mhux b’ wahda falza miktuba mill-fundaturi taghhom – Le! bl-istess edizzjoni tal-Knisja Kattolika, iffirmata minn xi Successur Dirett ta’ l-Appostli! –

Madanakollu, kemm nies facilment jizvijjaw! Ghaliex? Hemm xi problema bil-Kelma ta’ Alla li tibqa’ dejjem il-Kelma tal-Verita’, ixandarha min ixandarha? Jew il-problema qeghda fil-Lehen? Ghad hawn hafna u hafna nies, anke fost l-Insara mghammdin, illi mhux kapaci jaghrfu l-Lehen ta’ Gesu’ minn kull lehen iehor. Jekk inti wiehed min-“naghag tieghi” tkun kapaci tghid lil dawk l-“imposturi” li jersqu lejk bil-Bibbja: “Iva, dik hija l-Kelma ta’ Alla, izda l-vuci tieghek MHIX IL-LEHEN TA’ GESU’ GHAX JIENA NAGHRFU L-LEHEN TIEGHU!

(Dan il-messagg huwa riflessjoni posted fil-Lectio Divina tar-Raba’ Hadd ta’ l-Ghid, Sena C).

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!