Kultura Fi Krizi

02.24.2010 · Posted in Home

Xi whud ghadhom jahsbu li zminijietna huma karatterizzati minn konflitt ta’ kultura u religjon.  Meta taqra’ is-sinjali taz-zminijiet fid-dawl tal-Vangelu, tasal biex taqbel ma’ l-ahhar zewg Papiet u mexxejja religjuzi kbar:  ahna mhux konflitt ta’ kultura u ta’ religjon ghandna, izda krizi ta’ kultura.  L-unika konfrontazzjoni li kellu Gesu’ ma kienetx ma xi hadd gej minn kultura differenti, jew minn religjon ohra, izda max-xitan, li minn dejjem kien kontra Alla u ghajjur ghall-bniedem – allura, minghajr religjon u kontra kull kultura.  Ghaliex jisfida lil Gesu’:  “Jekk inti Alla…  Jekk inti l-Iben ta’ Alla…”?  Ghaliex jipproponilu kif jiddomina s-saltniet kollha tad-dinja, u l-umanita’?  Jista’ jkun li anke x-xitan, bhalna, ma jistax jifhem Alla li jsir bniedem, Alla fragli, Alla Qaddej, Alla umli u sottomess, Alla daqshekk ihobb lill-Bniedem?  Din l-idea ta’ Alla ma nistghux nifhmuha, ghandha logika ghaliha.  Huwa ghalhekk li ahna nitolbu ‘l Alla jaghtina l-grazzja li nemmnu… li nemmnu fil-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni.  Ix-xitan ukoll ma jifhimhiex haga bhal din;  izda jista jkun qatt xi darba ma jahmilx Alla bhal dan?  Allura, ghaliex il-kultura taghna qed issir dejjem inumana?  Ghax hemm konflitt bejn zewg modi kif inharsu lejn id-dinja u lejn il-bniedem, jew ghax hemm zewg duttrini religjuzi f’ kompetizzjoni?  Jew il-kultura taghna, qed issir daqshekk inumana, ghax warrabna ‘l Alla-Bniedem mill-kultura taghna, u ghalhekk dahlet fi krizi, fejn donnu resqin lejn il-barbarizmu, f’ dan iz-zmien ta’ tant progress teknologiku?

Fr Paul Fenech

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!