Inwessghu il-Vizjoni
L-Erbgha 10 ta’ Frar 2010 hija gurnata specjali ghalina: l-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta’ San Pawl fuq gziritna. Trid tkun bniedem ta’ vizjoni kbira biex ikollok il-kuragg izzomm l-ekwipagg kollu fuq gifen li qed jitfarrak bicca bicca bil-maltemp; u li tipperswadi lil Centurjun Ruman biex ma joqtolx il-prigunieri li setghu jaharbu! Izda San Pawl kien ghadu kemm ircieva propju dak: l-assigurazzjoni illi, fil-waqt li l-gifen kien ser jintilef kompletament, hadd ma kien ser jitlef hajtu, lanqas biss xaghra wahda! Nirringrazzjaw ‘l Alla li Fr Rene’ Camilleri ghamel referenza ghal din il-grajja waqt l-Irtir Annwali.
Il-gifen biss jintilef! Izda INTOM ILKOLL, inkluzi ahna, jehtieg li tibqghu fuq il-gifen u mhux tabbandunawh ghal rihu. Qisek qed tghid: jehtieg nghixu u ngarrbu l-esperjenza tat-tbatija, tara l-gifen jitfarrak quddiem ghajnejk, biex insalvaw u naraw hajja gdida! Xi profezija ghal dawk li qed jaraw, kif qed naraw ahna, din il-krizi kbira li ghaddejja minnha l-Knisja llum, u huma ttentati jaqbzu ‘l barra, kif disgrazzjatament hafna qed jaghmlu! Nistennew il-migja tal-Papa biex jaccertana mill-gdid minn din il-vizjoni kbira!