Inti “Disposable”?

05.02.2010 · Posted in Home

Hekk kif qed nghixu hajja girja wahda, il-hin kollu nigru wara l-hin, il-hin kollu ghaddejjin minn haga ghall-ohra, ivvintajna mod kif niggwadanjaw ftit hin billi hloqna id-“disposables”. M’ ghandniex ghalfejn nahlu aktar hin nahslu l-platti, t-tazzi u l-posati!, m’ ghandniex ghalfejn nahlu l-hin nahslu l-bicciet tat-tindif u l-imkatar. Illum ghandna wkoll “camers” li huma “disposable”, u elf haga ohra. Uza’, iddisponi, u imxi.

Dil-haga qed issir mentalita’ u kultura gdida. Dan hu dak li jigri meta nibdew naddottaw l-istess attitudni f’ kull qasam tal-hajja. Ara kemm hu hekk: anke l-bnedmin u r-relazzjonijiet sar “disposable”. Ghandna banek fejn inzommu l-bajd u l-isperma biex wiehed ikun jista’ jiehu minnhom kemm joghgbu. Ghandna nisa li jiddisponu minn zwieghom biex imorru ma’ ragel iehor, u l-istess il-kontra. Uza’, iddisponi, u imxi.

Sakemm inti tuza’ lil haddiehor u tiddisponi minnhom meta tixba’ minnhom, kollox sew, ma tara xejn hazin f’ haga bhal din. Izda ma tindunax li tkun qed taghti l-kontribut tieghek biex tinholoq din il-mentalita’. U meta din issir stil ta’ hajja, ibqa’ cert li xi darba int ukoll se tkun trattat bl-istess mod. Inti wkoll tkun uzat, imwarrab, u dawk li kienu jhobbuk daqstant u jkunu ghamlulek tant weghdi, tarahom jitilqu helu helu u jghaddu bhallikieku jistghu ihassru l-istorja f’ radda ta’ salib.

Xi kultant tisma’ min jikkritika l-Knisja jghidlek li l-Knisja Kattolika, b’ mod partikulari, saret irrelevanti, ghaliex ghadha zzomm iebes fuq ccerti suggetti illi fir-realta’ jkomplu jkabbru din il-mentalita’, u jipprevedu li ma ddumx ma tisparixxi. Madanakollu, l-messagg ta’ Gesu’ qatt ma kien daqshekk relevanti: “minn dan jaghraf kulhaddd li intom dixxipli tieghi, jekk thobbu lil xulxin”. Taf b’ liema mhabba? “Kif habbejtkom Jien!” L-imhabba ta’ Gesu’ hija l-Imhabba tal-Patt il-Gdid. Hija ferm ‘il boghod mill-imhabba “disposable”, anke jekk il-persuna hija ghadu, xi hadd li abbuza’ minnu; Gesu’ xorta wahda talab il-Missier biex ma jghoddulhomx bhala dnub, u ta’ hajtu ghall-bnedmin kollha.

Meta ahna l-Insara, specjalment ahna l-Kattolici, nitkellmu fuq l-imhabba, izda jkollna l-mentalita’ ta’ uza’, iddisponi u ibqa’ ghaddej, anke fic-crieki ta’ gewwa fil-Parrocci taghna, inkunu tassew sirna irrelevanti u xhieda kuntrarja tal-Mulej u s-Salvatur. Xi darba, min sofra l-abbuz, ghax kien uzat u mbaghad imwarrab, jibda jfittex post fejn jerga’ jibda jhossu stmat, fejn ihossu accettat ghal dak li hu, u fejn ikun jista’ jgarrab is-sigurta’ ta’ Komunita’ mibnija fuq l-Imhabba tal-Patt.

(Dan il-messagg hu mibni fuq riflessjoni li tinsab fil-Lectio Divina dwar il-Vangelu tal-Hames Hadd tal-Ghid Sena C).

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!