Hniena ta’ Min
Tahseb int li dawk biss li huma kontra l-abort jisimghu il-karba ta’ dawk il-miljuni ta’ trabi li jinqatlu fil-guf ta’ ommhom? Tahseb int li huma biss xi attivisti tad-drittijiet tal-bniedem li jisimghu il-karba ta’ dawk l-eluf ta’ tfal u tfajliet misruqa u nnegozjati ghall-organi, ghall-isfruttament sesswali u ghat-tahrig tal-glied? U tahseb inti li meta dawn in-nies ihossu kompassjoni, dan ikun gej min-natura umana taghhom?
Hekk haseb Mose’ meta ta’ 40 sena qalulu li fil-fatt huwa kien Lhudi u sema’ l-karba tal-gens tieghu jinhaqar that l-aghar forma ta’ skjavitu’! Izda dam 40 sena, li fihom ghex mahrub ghall-kwiet fid-dezert , fejn izzewweg u pprova jaghlaq widnejh ghall-kollox ghal dik il-karba, biex induna li kien hemm xi Hadd iehor aktar qawwi minnu, Setghani, li kien qed jisma’ l-istess krib. Haditlu 40 sena biex jinduna illi fil-fatt, il-hniena li hass ma kienetx gejja min-natura umana tieghu izda minn Alla, u allura ma kellux ghalfejn jibza’ mill-oppressur, mill-qattiel, u minn dawk li jabbuzaw jew mohhhom biss fihom infushom. Madanakollu, dawn in-nies jippruvaw jikkonvincu l-umanita’ li hija kwistjoni ta’ demokrazija u ta’ l-ghazla tal-maggoranza; illi Alla ma jezistix, u dak li wiehed ishoss jista’ facilment ikun newtralizzat b’ dak li jhoss haddiehor!
Tahseb int li Alla ghandu bzonn aktar minn persuna wahda – Mose’ iehor – biex isalva lil dawk li llum qed isofru ingustament? Izda x’ tip ta’ persuna tahseb li ghandha tkun?