Gimgha Tipika tal-Kultura Taghna

03.28.2010 · Posted in Home

Din il-gimgha, ahna l-Insara se nkunu qed infakkru l-Passjoni u l-Mewt tas-Sinjur taghna Gesu’ Kristu. Gesu’ huwa l-Kelma ta’ Alla maghmul bniedem. Ghal tlett snin shah, Gesu’ ghadda minn post ghall-iehor ixandar il-Vangelu. Il-Kelma Tieghu insteghmet mall-Galilea kollha u l-irhula tal-vicin. Sa mill-bidu Huwa stqarr bil-qawwa kollha illi: Din il-kitba sehhet illum intom u tisimg]u”! U sa mill-bidu wkoll, Hu u l-Kelma Tieghu kienu irrifjutati, sfidati, imwaqqa’ ghac-cajt, sakemm gew imsammra mas-salib u msikkta.

Dan huwa tipiku ghall-kultura taghna. L-arja li niehdu hija mimlija kliem bhalma qatt qabel: bid-digitali imtlejna b’ vizibilja ta’ stazzjonijiet tar-radju ixandru 24 siegha kuljum; is-satellita ghamlitha possibbli naqbdu mijiet ta’ stazzjonijiet b’ tant talk-shows il-hin kollu ghadejjin; it-telefonija cellulari u personalizzata b’ miljuni ta’ messaggi u telefonati…. Mhix stramba kif il-waves jitrasmettu tant kliem meta l-Kelma ta’ Alla hija msikkta? Hemm xi kelma ohra li hija uzata u abbuzata daqs kemm hija l-Kelma ta’ Alla? F’ kultura pluralistika u relattivista bhal taghna, il-Kelma ta’ Alla saret bhall-kelma ta’ kull alla iehor (mhux ghax hemm xi alla iehor!). Ma tahsibx li din hija l-kawza ghal tant indifferenza u dubju fil-Kelma ta’ Alla? Il-Kelma ta’ Alla qatt ma kienet imxerrda daqs illum (ikkonsidra, il-Bibbja hija l-aktar ktieb stampat u mibjugh fid-dinja!); ftit fadal djar li m’ ghandhom kopja tal-Bibbja. Madanakollu, min jiftahha? Min jaqraha? Min jitlob il-Kelma ta’ Alla? Min jghixha? Illi tirrendi l-Kelma ta’ Alla bla effett u relevanza huwa bhal qisek qed tikkundannaha ghas-silenzu, jew ghall-mewt.

Fit-tielet jum Gesu’ qam mill-mewt. Ghalhekk, nistennew b’ qalbna ferhana li l-Kelma ta’ Alla terga’ ssib postha fil-kultura taghna. Ma jidhirlekx li ghandna bzonnha?

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!