Filghodu Kmieni
Kien filghodu kmieni, fl-ewwel jum tal-gimgha. Skond il-kalendarju Lhudi (meta dak Nisrani kien ghadu ma jezistix), kien il-Hadd filghodu kmieni. Kien l-ewwel jum tal-gimgha Lhudija, wara l-jum tas-Sibt (is-Sabbath), jum il-mistrieh. Nafu kif thossok wara l-week-end, it-Tnejn filghodu! Suppost li kellha tkun gurnata gdida normali ta’ gimgha gdida normali: missirijiet sejrin l-ghalqa jew biex jirghu l-imriehel, ommijiet ihejju ‘l uliedhom ghall-iskola. Fl-ewwel jum tal-gimgha ma tantx ikun hemm entusjazmu, kulhadd ikun ghadu ghijjien u bin-nghas. Il-mexxejja politici u religjuzi setghu hadu gurnata ohra ta’ mistrieh. Fl-ahhar kien irnexxielhom jehilsu minn xi hadd li ghamel lilu nnifsu Profeta popolari u jsolvu tlett snin ta’ tensjoni dejjem tikber. Anke ghal uhud mid-dixxipli tieghu, kmieni filghodu ta’ l-ewwel jum tal-gimgha, qatghuha li jaghlqu kapitlu ikrah fl-istorja ta’ hajjithom u jaqbdu t-triq lura d-dar ghax-xoghol ta’ qabel.
Il-generazzjoni taghna qisha qed tghix b’ mod permanenti t-Tnejn filghodu kmieni! Nibzghu inqumu u niffaccjaw ir-rutina ta’ gurnata ohra, gimgha ohra. Stramba kemm trid, izda sahansitra nibzghu norqdu, ghax nafu li mbaghad irridu nqumu. Il-week-ends taghna, illi suppost huma jiem ta’ mistrieh, ghamilniehom l-aktar jiem ta’ genn. Ghandna ossessjoni li nzommu ruhna okkupati: jew nahdmu wkoll fil-week-end, jew naghtuha ghal divertiment bla razan, u nonfqu flusna fix-xorb u d-droga, basta nibqghu ghaddejjin.
Xi haga grat filghodu kmieni, ta’ dak l-ewwel jum tal-gimgha. Xi haga QED TIGRI hekk kif qed izernaq jum gdid, gimgha gdida, xahar gdid, sena gdida, centinarju u millennju gdid. Meta grat elfejn sena ilu, l-ewwel li ma ndunaw kienu tlett nisa semplici, imbaghad xi ftit ohra, fosthom dawk iz-zewg dixxipli li kienu qatghu qalbhom. Min jimpurtah mill-generazzjoni taghna illi, dak li gara dak inhar, huwa presenti ghalina llum? Ma nibzghux li nqumu u nmorru lil hinn mil-long week-end tal-Ghid, mill-haruf, il-bajd tac-cikkulata u l-figolli, li ma jmurx xi haga tmissna u taqleb il-hajja taghna ta’ taht fuq? Izda xi hadd, xi mkien, huwa mqajjem….