Fejqan tal-Kultura mill-Ukimja
Hafna jitkellmu mill-kultura taghna u jghidu li ghandna krizi ta’ valuri. Ohrajn imorru aktar ‘il boghod u jghidu li ghandna nuqqas ta’ valuri. Dawn ta’ l-ahhar facli jkunu mis-interpretati. Ghax fir-realta’, veru li l-kultura tilfet xi valuri, ftit jew hafna? Jista’ jkun li tilfet xi valuri; izda zgur li skopriet xi ohrajn godda. Ma nkunux gusti mall-kultura taghna jekk nghidu li l-krizi ta’ valuri qeghda f’ li tlifna l-valuri. Id-dinjita’ umana hija valur ta’ zmienna; id-dinjita’ u l-ugwaljanza tal-mara huwa valur iehor; l-istess il-harsien ta’ l-ambjent u ta’ l-annimali. Madanakollu, fil-waqt li naraw nazzjonijiet jaghmlu legislazzjoni favur l-ghasafar u l-hut, ghandna nazzjonijiet ohra, jekk mhux l-istess, jillegalizzaw l-abort u l-ewtanasja. U mhux dawn l-anomaliji fil-kultura taghna li juru sintomi ta’ krizi ta’ valuri? Valuri hemm; izda b’ xi mod tlifna l-bilanc bejniethom; l-iskala u l-prijoritajiet jinbidlu skond kif jaqbel. Jaghmel sens, allura, niddikjaraw li l-kultura taghna qed tbati minn ukimja akuta? Id-demm ta’ bniedem b’ sahhtu jzomm bilanc bejn ic-celloli homor u dawk bojod. L-ukimja hija meta dak il-bilanc jintilef u d-demm jibda jipproduci aktar celloli bojod milli jkun hemm bzonn. Hawn xi hadd li ghandu kura ghall-ukimja, jew krizi ta’ valuri, li hakmet il-kultura taghna? Jista’ jkun li l-Beatitudni ta’ Gesu’ jaghtuna hjiel?