Fejqan mill-Alzheimer’s
Hekk kif il-medja ta’ l-eta’ ta’ ghomor il-bniedem qeghda kulma tmur dejjem tghola, aktar qed tikber ir-rata ta’ dawk li jbatu bil-marda tal-Alzheimer’s. It-telfien bil-mod il-mod tal-memorja huwa tassew umiljanti. Tara nies dizorjentati, nies jitilfu l-konnessjonijiet, mhux biss mall-passat, imma anke mall-present. Rigward il-futur, peress illi ma jibqghux kapaci jfasslu destinazzjoni u jiftakruha, facli jsibu ruhhom f’ periklu specjalment meta jaharbu mill-attenzjoni ta’ dawk li jiehdu hsiebhom u jispiccaw f’ nofs ta’ triq minghajr ma jafu fejn sejrin. Kulhadd jaf fuqhiex qed nitkellem: affarijiet komuni ghal kulhadd.
Madanakollu, tip iehor ta’ Alzheimer’s, li jista’ jkun huwa aktar komuni u b’ konsegwenzi hafna aktar fatali, huwa l-Alzheimer’s ta’ l-Insara! Hares lejn l-Ewropa llum. Mhix kapaci tiftakar aktar l-gheruq Insara taghha (tiftakru l-Kostituzzjoni tal-Ewropa illi, nirringrazzjaw ‘l Alla, qatt ma giet approvata?) Fl-Occident, ahna nitkellmu fuq il-bzonn ta’ ri-evangelizzazzjoni, peress li qed nittrattaw ma’ nies li diga semghu bl-Ahbar it-Tajba, diga huma Mghammdin, izda ghandhom bzonn jergghu jiftakru mill-identita’ nobbli taghhom bhala ulied adottivi ta’ Alla. Minkejja dan, l-Alzheimer’s Nisrani kulma jmur qed isir aktar gravi. Hares harsa madwarek, fost il-membri tal-familja tieghek, biex ma nghidx: hares lejn il-mera! Ma tilmahx Insara dizorjentati: b’ zewg settijiet ta’ valuri, wiehed huwa dak li jistqarru meta jghidu li huma Insara, u l-iehor dak li jaghtu xhieda ghalih fil-hajja personali u l-ghazliet li jaghmlu kuljum? Ma tarax Insara bla konnessjoni, mohhhom fix-xbiehat u l-istatwi qaddisa, jaghmlu s-sinjal tas-Salib u forsi jghidu xi talba qabel jorqdu, izda fl-istess waqt huma prattikament separati mill-Komunita’ Nisranija, mill-Knisja?
Forsi l-weghda ta’ Gesu’, li huwa ghamel lejliet it-tluq Tieghu, li jibghat l-Ispirtu s-Santu illi “jfakkarkom f’ dak kollu li ghedtilkom jien”, qatt ma kienet daqshekk relevant daqs fi zminijietna. L-Ispirtu s-Santu huwa l-memorja taghna, huwa l-memorja tal-Komunita’ Nisranija, tal-Knisja. Ahna nehtieguh, biex ifakkarna l-identita’ propja taghna. Nehtieguh biex jerga’ jgibna f’ kuntatt mal-gheruq fondi taghna. Jekk is-sigra tkun imqaccta mill-gheruq taghha, ma tkunx tista’ taghti frott; tassew, tinxef u tmut. Ahna nehtiegu l-Ispirtu s-Santu immensament, biex nergghu niskopru il-meomrja Nisranija. Immagina kif tkun l-umanita’ li kieku r-religjon Nisranija tisparixxi, kif xi “profeti” ta’ zmiena qed jipprevedu…. Dak ikun il-jum: umanita’ mahkuma minn pandemija tal-Alhzeimer’s. Alla, li huwa mignun bl-Imhabba lejn l-umanita’ mhux se jhalli dan jigri. Izda ahna jehtieg nitolbu: Ejja, Spirtu s-Santu, Ejja!