Djalogu Bejn Mexxejja

04.19.2010 · Posted in Home

Dal-week-end, hawn Malta assistejna ghal djalogu bejn Mexxejja rispettabbli.

Il-President ta’ Malta, Dr George Abela, iddeskriva is-sitwazzjoni li qed jiffaccja pajjizna, li ghandu l-gheruq Kattolici bhala wahda ta’ “konflitt (bhall-bqija ta’ l-Ewropa u tal-punent) bejn il-Kristjanezmu fuq naha u l-lajcizmu jew sekularizmu fuq in-naha l-ohra”.

L-Arcisqof, Mons. Pawl Cremona OP, wkoll iddeskriva l-Knisja f’ Malta bhala “komunita’ li temmen f’ socjeta’ sekulari” li qed thares lejn “il-mudell ta’ Knisja kif insibuha fl-Atti ta’ l-Appostli”.

L-Isqof ta’ Ghawdex, Mons. Mario Grech, fil-laqgha maz-zghazagh, uza’ l-kliem tat-tema tal-Gurnata Mondjali taz-Zghazagh li jmiss biex jistaqsi lill-Papa b’ mod imqanqal: “Mghallem Tajjeb, ghidilna x’ ghandna naghmlu”!

Il-Papa Benedittu XVI wiegeb billi qalilna: “quddiem dak li ma tafux kunu sinjali ta’ fiduċja shiha f’ Alla”. Fil-hames diskorsi li ghamel fil-Gzira taghna, Huwa elenka il-barkiet kbar, ir-rigali u l-valuri li rcieva il-poplu ta’ din id-daqsxejn ta’ gzira, izda ta’ importanza strategika bhala stat membru ta’ l-Unjoni Ewrpea, u pont ghall-Kontinent Afrikan. Ghalhekk, huwa ipproklama b’ mod mill-aktar car “l-isfida” doppja: a) “biex inhallu l-Kelma ta’ Alla tbiddel il-mod kif nahsbu”; b) “biex nidhlu ghall-evangelizzazzjoni gdida” u naqsmu kulma rcevejna.

(Qed nifthu diskussjoni online fuq dan id-djalogu. Jekk joghgbok hossok liberu biex taqsam l-ideat tieghek dwar dan is-suggett billi tmur fl-arja tad-diskussjoni.)

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!