Aktar Minn Esperjenza

04.11.2010 · Posted in Home

Dak inhar li Gesu’ qam mill-mewt, filghaxija deher lill-appostli. Mhux kollha kienu hemm, Tumas ma kienx. Tista’ timmagina kif tahw l-ahbar u qasmu mieghu l-esperjenza ta’ Kristu Rxoxt. Emminhom? Le, u kien deciz li ma jemminhomx. Ghaliex? X’ kien hemm nieqes f’ dak li qalulu biex ma rnexxilhomx iwassluh ghall-fidi? Ara, dawk l-irgiel fil-qabar vojt, dawk irnexxielhom jn-nisa biex jemmnu. X’ inhi d-differenza bejn dak li xandru l-appostli u dak taz-zewgt irgiel? It-tnejn li huma stqarrew fatti li wiehed seta’ jesperimentahom: “Rajna l-Mulej”, u “araw fejn kienu qeghduh, m’ huwiex hawn”.

Jidher li l-qsim ta’ l-esperjenza wahdu, mhux bizzejjed biex titnissel il-fidi. Fil-fatt, dak li wassal lin-nisa biex jemmnu kien meta ftakru f’ dak li Gesu’ spiss kien jirreferi ghalih dwar il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ghax fakkruhom iz-zewgt irgiel. Din hija xi haga li l-appostli setghu ghamlu ma’ Tumas, izda ma ghamlux. Forsi ippretendew li Tumas kellu joqghod fuq il-kelma taghhom. U ghal liema raguni? Kien ta’ min jafdahom? Kienet ta’ min joqghod fuqha l-kelma ta’ Pietru, wara li cahad li jaf lil Gesu’ ghal tlett darbiet? Il-kelma tal-bniedem, u l-esperjenza tieghu, hija ta’ min jafdaha? X’ jista’ jaghmilhom ta’ min jafdahom? Ghaliex il-kelma ta’ dawk iz-zegt irgiel strangieri, kienet wahda ta’ min jafdaha? Il-memorja taghhom ta’ dak li kien habbar Gesu’ qabel il-mewt Tieghu, u l-mod kif harsu lejn l-esperjenza li kienu ghaddejin minnha, kemm huma u kemm in-nisa, tal-qabar vojt, bhala konferma ta’ dik il-Kelma.

Ghalhekk, mhix biss l-esperjenza tieghi, l-esperjenza taghna, izda l-mod kif l-esperjenza tikkonferma li l-Kelma ta’ Alla qed titwettaq hawn, issa. Fil-mument presenti, il-Knisja, u l-Papa l-ewwel wiehed fostna, ghaddejja minn tempesta qalila hafna; din hija l-esperjenza taghna. Izda nistghu naraw kif il-kapitli 27 u 28 qed isehhu f’ hajjitna hekk kif niccelebraw l-1950 anniversarju minn dak in-nawfragju providenzjali?… “Hadd minnkom mhu se jintilef”

Leave a Reply

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!