LEJN PARROCCA EVANGELIZZATA

Fr. Paul Fenech

Dan l-artiklu m’huwiex intenzjonat li jkun studju teologiku dwar din ir-realta’ ta’ tradizzjoni antika hafna fil-Knisja li nsibuha bhala l-Parrocca.  Ghal kuntrarju, dan l-artiklu huwa mibni fuq esperjenza t’ghoxrin sena fil-hidma pastorali.  Din l-esperjenza laqqghetni ma’ diversi sitwazzjonijiet u realtajiet li geghluni nirrifletti u nghaddi minn  konverzjoni ghall-ohra.  Dan l-artiklu huwa proposta ta’ progett pastorali, li zgur johlom dwaru kulmin ihobb il-Parrocca.  Progett pastorali li ninsab impenjat li nwettaq fejn il-Mulej ghogbu jhawwilni: fil-Parrocca ta’ San Gejtanu, fil-Hamrun.  Huwa artiklu umli, minghajr ebda pretensjonijiet, izda b’fiducja u konvinzjoni li hemm farfett li qed jissielet biex johrog minn gol-fosdqa  ghax resqin lejn Rebbiegha Gdida fil-Knisja.

1. Xi Sfidi tal-Parrocca tal-Tielet Millennju

Bizzejjed wiehed jikkonsidra l-izbilanc kbir li jezisit bejn l-isforzi u l-energiji kollha investiti fil-hidma pastorali tal-Parrocca u n-nuqqas ta’ frott li johrog minnhom biex wiehed jinduna kemm il-Parrocca llum jehtigilha tindirizza l-isfidi li ghandha quddiemha.  U jekk inhu veru dak li  jinghad li, biex tkun taf f’hiex se nsibu ruhna ghoxrin sena ohra, bizzejjed thares lejn is-sitwazzjoni li jinsabu fiha pajjizi ohra, allura veru jehtieg nifhmu l-isfidi tal-Parrocca tat-Tielet Millennju.

Nixtieq insemmi xi whud minn dawn l-isfidi, kif narahom jien.

a) Htiega t’Esperjenza Spiritwali Awtentika.

L-ewwel sfida li nara li ghandha l-Parrocca tat-Tielet Millennnju hija propju dik li jipproponi l-Papa Gwanni Pawlu II fit-Novo Millennio Ineunte, cioe’ dik tal-qdusija.  Il-Papa jghinna nghaddu mill-biza’ li stajna hassejna u forsi ghadna nhossu, quddiem il-fenomenu tan-New Age, ghall-qari ta’ wiehed mill-aktar sinjali cari taz-zminijiet. Il-qalb tal-bniedem tal-lum hija ghatxana ghal esperjenza spiritwali.  Aktar  minn attivitajiet u organizazzjoni, il-Parrocca tat-Tielet Millennju msejha tkun skola ta’ spiritwalita’ u ta’ talb: post fejn wiehed jaghmel esperjenza spiritwali awtentika.

b) Htiega t’Esperjenza Komunitarja Qawwija

It-tieni sfida li nara li ghandha l-Parrocca llum hija dik li toffri esperjenza komunitarja qawwija.  F’dinja fejn il-bniedem qed jintilef fl-anonimat u n-numru sar aktar importanti mill-isem, il-bniedem qed ifittex ambjent fejn ikun liberu juri min hu u xi jhoss, u fejn ikun accettat ghall-unicita’ tieghu.  Dan il-bzonn tant huwa importanti  li ma jaghmilx sens tikkundanna lil min jidhol fis-setet, wisq anqas thares b’xetticizmu lejn komunitajiet li jitnisslu fil-Knisja u li qed jirrispondu ghal din il-htiega.  Ghal kuntrarju, dan ghandu jwassal il-Parrocca timpenja ruhha bis-serjeta’ ghall-idea ta’ Knisja Familja kif jindika l-Pjan Pastorali tad-Djocesi taghna, u dan billi tkun Komunita’ ta’ komunitajiet.

c) Htiega ta’ Koresponsabbilta’

It-tielet sfida li nara li ghandha l-Parrocca fil-bidu tat-Tielet Millennju gejja mill-movimenti godda li l-Ispirtu s-Santu qajjem f’dawn l-ahhar hamsin sena.  Dan narah fuq zewg livelli: fuq il-livell magisterjali tal-Koncilju Vatikan II bil-vizjoni tieghu li mmorru lura lejn l-gheruq u fuq il-livell tal-bazi bl-iskoperta mill-gdid tas-sagrament tal-Maghmudija u l-implikazzjonijiet kollha taghha.  Is-sehem ta’ kull Nisrani fil-missjoni ta’ Kristu Profeta, Sacerdot u Raghaj isejhilna biex inharsu lejn il-lajci mhux bhala semplici kollaboraturi fil-hidma pastorali imma wkoll bhala koresponsabbli; mhux oggetti imma suggetti tal-missjoni kollha tal-Knisja.

d) Htiega ta’ Pastorali Indirizzata lejn l-Imbeghdin

Ir-raba’ sfida li nara gejja mill-fatt li kulma jmur qed dejjem jizdied in-numru ta’ dawk li   jibirdu fil-fidi, isiru ndifferenti ghar-religjon, jitbeghdu mis-sagramenti u l-Quddiesa tal-Hadd, biex ma nsemmux dawk li jaddottaw stili ta’ hajja inkompatibbli ma’ l-Evangelju jew ihaddnu twemmin iehor.  F’Parrocca, bhal dik ta’ San Gejtanu, fejn il-medja ta’ nies li jmorru l-Quddies il-Hadd, (biex tghid lanqas) hija anqas min-nofs (48%), li l-kappillan ikun mohhu biss f’dawk li jigu l-Knisja jkun ifisser li jkun irrassenja ruhu li jkun il-Kappillan tal-minoranza.  Aktar ma ssir komuni din is-sitwazzjoni, aktar ikun hemm bzonn naddottaw pastorali missjunarja, indirizzata lejn l-imbeghdin u nhallu l-pastorali tal-konservazzjoni.  Wara kollox, Nisrani jibqa’ Nisrani jekk ikun xhud ghal haddiehor: “il-fidi tissahhah meta tinghata(R.M. art.2)

e) Htiega ta’ Vizjoni Gdida ta’ Parrocca

Il-hames sfida li nara tigbor dawn l-isfidi kollha f’daqqa.  Raghajja li tilfu l-identita’ tal-merhla taghhom kif jistghu iwassluha x’imkien!  Jidher li qed terga’ tqum id-diskussjoni ta’ x’inhi il-Parrocca u x’ghandha tkun. Ghad hemm min ghandu nteress  jidrob ir-raghaj, ghax jaf li dik hija l-ahjar haga biex il-merhla tixtered.  L-akbar gerha li tista’ taghmel lir-raghaj hija li thawdu u tiddisorjentah. Wahda mill-aktar kwalitajiet necessarji ghal kull leader hija li tkun persuna ta’ vizjoni.

Dan l-artiklu jipproponi vizjoni gdida ta’ Parrocca. Ghalkemm Alla kien ta lil Mose’ il-vizjoni ta’ “art tnixxi halib u ghasel” ghall-poplu tieghu, kellhom jghaddu 40 sena biex seta’ jkollu dehra cara taghha.  Hekk ukoll il-vizjoni ta’ Parrocca Evangelizzata, jiena u naqsamha mieghek li qed taqra, xejn ma rrid naghti x’wiehed jifhem li qeghdin qrib taghha biex inkunu nistghu narawha car.  Ghalhekk, napprezza hafna kull reazzjoni ghal dawn il-hsibijiet. Napprezza wkoll lil kulmin isib il-hin jigi jara l-isforzi li qed naghmlu biex naraw din il-vizjoni ssir realta’, u jaghtina l-kummenti u s-suggerimenti tieghu.  Dan kollu huwa kontribut imprezzabbli biex insibu t-triq taghna fid-dezert li fih ninsabu fejn, xi kultant, l-unika haga li zzommna mexjin minghajr ma naqtghu qalbna hija din il-weghda ta’ Rebbiegha Gdida ghall-Parrocca.

2. Storja ta’ Sensila t’Esperjenzi Pastorali

Ghal aktar minn 12-il sena ma stajtx nirrikoncilja l-ufficcju ta’ Kappillan mal-htiega dejjem tikber ta’ tigdid u t’evangelizzazzjoni parrokkjali.  Imtaqqal kif inhu l-Kappillan Malti b’tant xoghol amministrattiv u bi preokkupazzjonijiet li ma tistax issejhilhom ‘pastorali’ jekk mhux b’tigbida kbira tal-kelma, kont nahseb li aktar nista’ nahdem ghal Parrocca evangelizzata jekk inkun hieles minn dan l-ufficcju.

Wara erba’ snin nit-twaqqif tal-Komunita’ Dixxipli ta’ Gesu’, grupp ta’ lajcI li maghhom kont naqsam din il-vizjoni ta’ Parrocca Evangelizzata, bdejna nirrealizzaw li l-hegga ghall-evangelizzazzjoni mhix bizzejjed. L-istess bhalma l-guh u l-aptit li tiekol mhux bizzejjed imma trid ricetta.  Ghalhekk bdejna nesperimentaw diversi metodi:  “door-to-door evangelization”,  “outreaches” fit-toroq u l-pjazez… Fittixna l-ahjar metodu li stajna nsibu, metodu li jkun l-aktar effettiv biex naslu ghal Parrocca Evangelizzata.

Permezz ta’ l-ACCSEz2000 (L-Assocjazzjoni ta’ Kordinaturi ta’ Skejjel Kattolici t’Evangelizzazzjoni) – progett ta’ l-EVANGELISATION 2000, komplejna ltqajna ma’ diversi metodi ohra, fosthom dik tas-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni.

a) L-Esperjenza ta’ Dr Paul Yonggi Cho

Interessanti li dan il-metodu effettiv lejn Parocca Evangelizzata jaf il-bidu tieghu fil-Knisja Protestanta, propju fil-Full Gospel Church ta’ Yoido gewwa Seoul fil-Korrea t’Isfel.  Fil-ktieb tieghu “Successful Home Cell Groups”, il-Pastor ta’ din il-Knisja, Dr. Paul Yonggi Cho, jghid hekk:

“I like describing the Central Church of Seoul as the smallest Church in the world, and at the same time the largest Church in the world.  It is the largest because today (1991) it counts more than 51,000 home cells and more than 600,000 believers.  But it is also the smallest in the world because every member forms part of a cell of about fifteen persons.  To attain such results I had to change my pastoral attitudes.

“The world is in desperate need of Jesus Christ, our Saviour.  Our Churches and our cities need new life, not from time to time, but 365 days a year.  The home cell groups are the key for evangelisation and for the growth of the Church.” (pagni 3-4)

Dr. Cho hu famus mad-dinja kolha ghax f’temp ta’ 30 sena il-Komunita’ tieghu immultiplikat minn 600 membru indifferenti ghal madwar miljun kristjan ferventi (skond cifra li ghandna ta’ l-1998). Fl-1991 waqt Konferenza Internazzjonali gewwa Ruma, li fiha iddeskriva l-istorja  tal-Knisja tieghu hareg b’espressjoni li sar it-titlu ta’ ktieb iehor famus tieghu: “More Than Numbers”. Dr. Cho jghid li, s-sigriet wara din il-komunita’ li kibret b’mod straordinarju huwa t-talb kontinwu.  Ftit ‘il barra minn Yoido, b’ispirazzjoni m’ghand Alla, huwa ghazel muntanja ghat-talb. Fuq din il-muntanja jmorru eluf kbar ta’ nies li jmorru biex jitolbu fis-skiet u s-solitudni, fil-fatt hemm mat-300 eremitagg imxerrdin fuqha. Il-konvinzjoni tieghu fil-qawwa tat-talb geghlet lil Paul Yonggi Cho jghid: “Il-Pastor” mhuwiex jien, imma l-Ispirtu s-Santu”.

b) L-Esperjenza ta’ Fr. Michael Eivers

Hekk is-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni bdiet fil-Knisja Protestanta.  L-Ispirtu s-Santu jmur fejn min isejjahlu!  L-Ewwel  sacerdot kattoliku li gie f’kuntatt ma’ din ir-realta’ u kellu l-kuragg jinfetah ghaliha, kien Fr. Michael Eivers, sacerdot ta’ origini Irlandiza.  Huwa kien Kappillan tal-Parrocca ta’ St. Boniface gewwa Pembroke Pines fi Florida l-Amerika.  Bhal hafna  Kappillani f’ ParroccI mahkuma mill-materjalizmu, xtaq jara qawmien gdid fil-komunita’ tieghu.  Fittex u prova diversi metodi, izda fl-ahhar iltaqa’ ma’ din ir-realta.  Malli pproponiha lill-Parruccani tieghu, mal-ewwel sab 300 persuna li laqghu l-isfida.  Ghalih, dan kein aktar minn bizzejjed biex tibda!  Biex beda?  Bl-Adorazzjoni Perpetwa: mis-6.00a.m. sa nofs il-lejl, mit-Tnejn sas-Sibt.

c) L-Esperjenza ta’ Don PiGi Perini

Kien f’Novembru 1986 li gie f’idejn Don PiGo Perini, Kappillan ta’ Sant’Eustorgio, Milan, l-artiklu ta’ Fr. Michael Eivers “Parish on Fire”. Imdejjaq kif kien b’kongreazzjoni mejta ta’ mhux aktar minn 64 anzjan u anzjana li kienu jattendu ghall-quddiesa tal-Hadd gewwa wahda mill-eqdem bazilici ta’ Milan, iddecidea li jmur jara din il-Parrocca mhegga gewwa Florida.  Hekk jiddeskrivi z-zjara li kellu:

“Sono stato accolto da una comunita’ viva, gioiosa, innamorata di Gesu’, nella quale molti avevano riscoperto la comune vocazione alla evangelizzazione, cosi da diventare evangelizzatori a tempo pieno: ho vissuto l’esperienza entusiasta della Chiesa primitiva come viene descritta nel libero degli Atti degli Apostoli: Il Signore ogni giorno aggiungeva alla comunita’ quelli che erano salvati”. (N. De Martini “Parrocchia 2000.  Una risposta concreta all’appello della Nuova Evangelizzazione”, p. 294)

Meta rritorna lura, ghamel sejha ghall-ewwel Kors ta’ Formazzjoni Leaders, li ghalih attendew 45.  F’Gunju 1987 fetah l-ewwel 4 celloli provizorji u fi Frar 1988 ippresentahom lill-Parrocca u saret sejha ghal kulmin xtaq jifforma parti minn xi cellola.  Mhux anqas min 200 persuna tat isimha.  Ic-celloli bdew jikbru u jimmultiplikaw immedjatament. Fl-1990 il-Parrocca ta’ Sant’Eustorgio organizzat l-ewwel Seminar Ewropew dwar is-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni ghal dawk il-Kappillani u komunitajiet li xtaqu jaraw kif jahdem dan il-metodu efficjenti t’evangelizzazzjoni fl-ambitu tal-Parrocca.

d) L-Esperjenza taghna

L-ewwel darba li ltqajt ma’ Don PiGi Perini kien f’Settembru 1990 gewwa Ruma waqt l-Irtir Mondjali ghas-sacerdoti bit-tema “Renewed to Evangelize”. Huwa kien mistieden jaqsam l-esperjenza tieghu ta’ dawn ic-celloli t’evangelizzazzjoni.  Nistqarr li dak inhar ma mpressjonani xejn – forsi ghax kellu ftit wisq hin ghad-disposizzjoni tieghu biex jitkellem fuq esperjenza gdida bhal din – .

Alla ried li fl-1993 gejt mistieden minn Fr. Manwel Casanuova SJ, li kien id-Direttur ghall-Ewropa ta’ l-ACCSEz2000 (li semmejt aktar ‘il fuq) ghal-Laqgha Annwali li kellha ssir fl-Olanda. U hemmhekk nerga’ niltaqa’ ma Don PiGi.  Din id-darba ghamel esposizzjoni ta’ siegha u wara stajna nistaqsuh diversi domandi.  Nippartecipaw ghal din il-Laqgha konna 65 sacerdoti u lajci gejjin minn 17-il pajjiz ta’ l-Ewropa.  Kelli c-cans niltaqa’ mieghu b’mod personali u nitkellem aktar fil-fond. F’Gunju ta’ dik is-sena, il-Komunita’ taghna, Dixxipli ta’ Gesu’, baghtet lil xi hadd ghas-Seminar Ewropew f’Sant’Eustorgio u din giet lura entusjazmata. Is-sena ta’ wara, l-laqgha ta’ l-ACCSEz2000 saret propju f’Sant Eustorgio u allura stajt nara b’ghajnejja u mmiss b’idejja dak li kont smajt fuqu.

Niftakar it-Tnejn filghodu, qabel ma rhejtilha ghal-airport biex nigi lura Malta, kont qed niehu l-Kafe’ ma’ Don PiGi.  Gieni f’mohhI li nistiednu jigi Malta, kwazi aktar biex nesprimi xewqa li kont qed inhoss.  Tant hu hekk, li kont sorpirs mhux ftit meta urini li kien lest jilqa’ l-istedina.

F’Ottubru 1994, Don PiGi gie Malta flimkien ma’ team minn Sant’Eustorgio. Mieghu gab ukoll lil Don Salvatore Tumino, delegat ta’ L-Isqof ta’ Ragusa ghas-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni gewwa d-Djocesi u lil Don Andrea, Kappillan ta’ Parrocca vicin Pisa.  Huma damu hmistax-il gurnata li matulhom taw il-Kors Formazzjoni Leaders lill-membri tal-Komunita’ u nies ohra li kienu jattendu f’diversi gruppi ta’ talb.  Fi tmiem il-Kors infethu l-ewwel erba’ celloli provizorji fil-Parrocci ta’ Bormla, tal-Floriana u ta’ Hal-Safi.  Illum il-gurnata is-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni tinsab f’7 ParroccI: ma’ dawn it-tlett Parrocci zdiedu l-Fgura, Hal-Tarxien, San Gejtanu Hamrun u San Giljan. L-erba’ celloli saru 24.

3. Is-Sejha ghall-Evangelizzazzjoni Gdida

Fis-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni, dak li hu l-aktar importanti huwa l-evangelizzazzjoni.  It-titolu ta’ dan l-artiklu mhux intenzjonat li jkun fishy. Dak li l-Ispirtu s-Santu qed isejjah lill-parrocca tat-Tielet Millennju ghaih huwa precizament li tkun parrocca evangelizzata.  Dizgrazzjatament, tant ilna nisimghu bl-evangelizzazzjoni gdida, li issa qed issir slogan li juzah kulhadd, anke min ma jafx ezattament xi tfisser ghax illum-il gurnata fil-Knisja dik saret il-catch word, sa ftit snin ilu kienet “l-ghazla tal-fqar”. Izda qabel ma nkunu konvinti mill-htiega urgenti ta’ l-evangelizzazzjoni gdida, ma nistghux napprezzaw is-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni bhala metodu ideali lejn Parrocca Evangelizzata.

a) Is-Sejha ta’ Kull Nisrani li Jevangelizza

Propjament mhux sejha izda kmand, mandat, dmir.  F’Mattew 28:18-20                   insibu l-ahhar tlett sentenzi ta’ Gesu’.  Fl-ewwel sentenza jaccertana mill-awtorita’ Tieghu, ghaliex kull ordni hija gustifikata biss jekk min qed jaghtiha ghandu l-jedd johrogha.  Fit-tieni sentenza insibu dak li jissejjah il-Mandat il-Kbir ta’ Gesu’, ghaliex f’vers wiehed ghandna 4 verbi fl-imperattvi:  morru.. aghmlu.. ghammdu.. aghllmuhom.  Fl-ahhar sentenza mbaghad ghandna l-garanzija personali tal-presenza ta’ Gesu’ (l-Ahbar it-Tajba) ma’ min ixandarha!

Hemm zewg interpretazzjonijiet ta’ l-ahhar sentenza.  Donnu fi kliem iehor, Gesu’ qed jghidilna:

( I) “Araw, Jiena, li jien l-Ahbar it-Tajba, u li sirt bniedem u ddedikajt hajti biex inxandarha;  Jiena li jien l-Evangelizzatur se nkun maghkom dejjem.  Mela, ladarba se nkun maghkom, intom ma tistghux ma xxandrux l-Ahbar it-Tajba, ma tistghux ma tevangelizzawx bhali u mieghi”.

Jew inkella:

( ii) “Jiena qed nibghatkom tevangelizzaw.  Jekk tmorru, niggarantilkom li nkun maghkom imqar sa truf l-art, jew sa l-ahhar taz-zminijiet. Imma, il-mument li tieqfu tevangelizzaw, li tikkuntentaw b’dak li tkunu qbadtu, jew tintilfu thedew tiehdu hsieb in-naghag li jkollhom fil-maqjel, tkunu hrigtu mill-presenza TieghI”!

b) L-“Evangelii Nuntiandi” u r-“Redemptoris Missio”

Fl- 1975, ftit snin wara li spicca l-Koncilju Vatikan II, il-Papa Pawlu VI hareg l-Enciklika profetika dwar l-evangelizzazzjoni: l-Evangelii Nuntiandi. Din l-enciklika kienet l-ewwel wahda li titratta dan is-suggett b’mod daqshekk car u estensiv fl-istorja ta’ elfejn sena tal-Knisja!  Illum, kulhadd iqisha bhala il-manwal dwar l-evangelizzazzjoni.  Fiha, il-Papa jghid car u tond li “l-Knisja tezisti biex tevangelizza” (EN art. 60).  U li “l-awtur principali ta’ l-evangelizzazzjoni huwa l-Ispirtu s-Santu”. (EN art. 79).

Tlett snin u nofs wara, fl-1979, il-Papa Gwanni Pawlu II (li ha l-isem ta’ Pawlu VI bhala parti minn ismu, ghax, kif stqarr hu stess ried jimxi fuq l-ispirtu tieghu) hareg l-ewwel Enciklika tieghu Redemptoris Missio.  Waqt li ikkonferma dak li kien qal il-Papa Pawlu VI, li “il-Knisja hija missjunarja minn natura taghha.  Hija ma tistax taghmel haga ohra ghajr ixxandar l-Evangelju” (RM art. 5), kompla jghid li “l-fidi tissahhah meta tinghata” (RM art. 2)

c) Ghaxar Snin t’Evangelizzazzjoni Gdida

Minkejja dawn iz-zewg dokumenti ufficcjali, kien biss fl-1983 li l-Papa Gwanni Pawlu II hareg bl-idea t’evangelizzazzjoni gdida.  “Id-dinja tal-lum ghandha htiega urgenti t’evangelizzazzjoni gdida: gdida fil-metodi, gdida fil-hegga u gdida fl-espressjoni” (Haiti). Meta tikkonsidra x-xhieda ta’ Papa bhal Carol Woytila, tinduna kemm hija hasra tiehu certi espressjonijiet tieghu bhala slogans.  Niftakru li sa minn meta gie kkonsagrat Papa, Gwanni Pawlu II beda jdur id-dinja.  Hadd  daqsu ma jista jghid li jhoss sewwa l-polz ta’ l-umanita’ f’dan iz-zmien transitorju ta’ l-istorja taghha.  L-espressjoni “evangelizzazzjoni gdida” hija bil-wisq aktar minn semplicI frazi gdida.  Anke l-Papa stess hadha bis-serjeta’ u niehda Ghaxar Snin ta’ Evangelizzazzjoni Gdida bi preparazzjoni ghall-Gublew il-Kbir tas-Sena 2000.  Nistghu nghidu li ma mar imkien, m’ghamilx diskors li fih ma heggigx u ma tkellimx dwar l-evangelizzazzjoni gdida.

d) L-EVANGELISATION 2000

Il-Mulej nebbah lil Fr. Tom Forrest CSsR, li dak iz-zmien kien qed imexxi l-ICCRS (International Catholic Charismatic Renewal Services) gewwa Ruma, biex ikun l-ewwel wiehed li jiehu din is-sejha urgenti tal-Papa bis-serjeta’.  Huwa gietu idea, progett, u mar jiltaqa’ mal-Papa biex jiprezentahomlu. Il-Papa berikom u twaqqaf l-EVANGELISATION 2000, b’ufficcju internazzjonali f’Ruma u hames ufficcji ohra f’kull kontinent.  L-ewwel haga li ghamlet l-EVANGELISATION 2000 kienet it-tnehdija ta’  Kampanja Mondjali ta’ Talb ghall-Evangelizzazzjoni – f’Malta, din il-Kampanja bdiet fl-1995, u hija kkordinata mill-ACEF (Annunzjata Centru ghall-Evangelizzazzjoni u Formazzjoni) -.  It-tieni haga kienet is-sensila twila ta’ programmi vizwali dwar diversi inizjattivi fl-evangelizzazzjoni minn madwar id-dinja, imsejha Lumen 2000 – li fil-passat intweriet ukoll fuq il-media lokali -.  It-tielet haga kienet it-twaqqif ta’ Assocjazzjoni li tippromovi esperjenza gdida fil-Knisja, l-ACCSEz2000 li semmejna aktar ‘il fuq.  Din l-Assocjazzjoni twaqqfet bir-rapprezentanza ta’ 7 Skejjel t’Evangelizzazzjoni, fosthom dik Maltija ta’ l-ICPE (International Catholic Programme of Evangelization). F’ghaxar snin in-numru ta’ l-Iskejjel registrati f’din l-Assocjazzjoni tela’ ghal 1,700, fil-hames kontinenti.  Illum-il gurnata, il-Parrocca ta’ San Gejtanu hija assocjata fl-ACCSEz2000 permezz tas-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni.  Fr. Manwel Casanova S.J., l-ewwel Direttur ta’ l-EVANGELISATION 2000 u l-ACCSEz2000 ghall-Kontinent Ewropew, kien ix-xhud tieghi fil-bidu tal-Ministeru tieghi bhala Kappillan ta’ din il-Parrocca f’Novembru 1998.

4. L-Evangelizzazzjoni ta’ l-OIKOS

Jekk id-dinja tal-lum ghandha bzonn t’evangelizzazzjoni gdida, ghandha bzonnha b’mod specjali l-Ewropa li kienet il-benniena tal-Kristjanezmu.  Min qatt kien jimmagina l-Isqfijiet Ewropej iwiddbu, ihambqu u jitkarrbu biex imqar ir-religjon u r-religjon Nisranija tkun maghrufa fil-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropa?!  U xi nghidu ghal Malta?  Filwaqt li nipprexxindu mid-diskussjoni tahraq dwar kemm hu postha fl-Unjoni Ewropea jew le, huwa fatt li dak li jghaddi minnu dan il-kontinent, ghoxrin sena wara (u bil-mezzi eletronici u ta’ komunikazzjoni tal-lum, nistghu nghidu f’inqas zmien minn hekk) Malta ssib ruhha fih!  It-tendenza li Malta Kattolika ssir art ta’ missjoni diga tidher car.  Skond l-ahhar censiment tal-Quddies tal-Hadd, il-medja ta’ dawk li jpprrattikaw din ir-rabta minima mal-Knisja nizlet ghal 64%, nuqqas ta’ 20% fi 13-il sena.

Din ir-realta’ titlob mill-Knisja Maltija il-htiega urgenti ta’ bidla radikali fl-orjentament pastorali u, allura, anke fil-metodi pastorali. Meta nghidu l-Knisja lokali, nifhmu l-operaturi pastorali kollha flimkien ma’ l-istituzzjonijet u l-komponenti kollha li jiffurmawha, inkluza l-parrocca.  Wiehed jittama li s-Sinodu Djocesan, li issa wasal fi stadju deliberattiv, jindika l-htiega ta’ din il-bidla u jaghti direzzjoni cara ta’ kif ghandna naslu ghaliha bhala Knisja.

Id-direzzjoni trid tkun wahda: Knisja Evangelizzata.   U biex ikollna Djocesi Evangelizzata, hemm bzonn ta’ Parrocci Evangelizzati.  X’nifhmu meta nghidu Djocesi u Parrocca Evangelizzata?  Nifhmu li l-kriterju li jiddistingwi min hu fil-Knisja u min mhux ma jibqghax jekk wiehed ghandux ismu fir-registru tal-Maghmudija jew le; lanqas jekk imurx il-Quddiesa tal-Hadd jew iffalihiex; u lanqas jekk huwiex membru ta’ xi assocjazjoni tal-Knisja jew le!  Imma jsir jekk wiehed huwiex jevangelizza jew le;  jekk wiehed huwiex suggett ta’ l-evangelizzazzjon jew oggett ghaliha: jekk wiehed huwiex jippartecipa b’mod attiv fil-missjoni tal-Knisja li xxandar l-Evangelju bil-Kelma u bix-xhieda, jew le.  Don PiGi jhobb jghid li m’hemmx lok fil-Knisja ghal Nisrani penzjonant!

a) Is-Suggett ta’ l-Evangelizzazzjoni

Il-mira ta’ Parrocca evangelizzata hija li kull parruccan ikun evangelizzatur, suggett ta’ l-evangelizzazzjoni, xandar u xhud ta’ Gesu’ Kristu.  Din hija s-sejha ta’ kull mghammed “li ma tistax tithalla lil xi grupp ta’ specjalisti imma jehtieg iqieghed ir-responsabblita’ fuq il-membri kollha tal-poplu t’Alla”. (jghid il-Papa Gwanni Pawlu II fit-Novo Millennio Ineunte art 40).

Li wiehed jimmira li  kull membru tal-parrocca jibda jiehu sehem attiv fil-missjoni tal-Knisja li tevangelizza huwa progett ambizzjus, izda hafna hafna ‘l bogod mill-ambizzjoni li qieghed Gesu’ quddiem id-dixxipli mat-tlugh Tieghu s-Sema!  U li kieku jkun hemm Parrocca li tilhaq din il-mira?  Ibqa’ cert illi l-membri ta’ dik il-Parrocca, tant ma jkunux jistghu jimmaginaw hajja nisranija mod iehor ghajr dik li jfittxu ‘l min huwa biered, indifferenti u ‘l boghod, illi johorgu lejn Parrocca ohra, rahal iehor, djocesi ohra, u nazzjon iehor!  Il-parrokkjalizmu hija marda, konsegwenza ta’ mentalita’ orjentata ‘il gewwa lejn dak li hu tieghi u taghna, jiena u ahna!

Mela s-suggett ta’ l-evangelizzazzjoni huwa kull Nisrani attiv.  Propjament l-aggettiv “attiv” huwa zejjed, ghaliex Nisrani li ma jevangelizzax huwa kontradizzjoni!  Hawnhekk, wiehed jista’ jghid li biex tevangelizza trid tkun evangelizzat.  Veru. Izda jekk b’li “tkun evangelizzat” qed nifhmu tkun specjalizzat fl-Evangelju, fit-taghlim tal-Knisja ecc., allura ma naqblux ma dak li qalilna l-Papa aktar ‘il fuq.  L-evangelizzazzjoni hija process, u ‘l quddiem nippruvaw niddecifraw il-fazijiet principali ta’ dan il-process.  Ghalhekk, bizzejjed wiehed ikun fil-process ta’ l-evangelizzazzjoni biex ikun jista’ jevangelizza.  Dan ifisser li wiehed ghandu jevangelizza waqt li qed ikun evangelizzat!  F’Mattew 10:7 Gesu’  jibghat l-appostli u jghidilhom: “intom u sejrin xandru u ghidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet”.  “Intom u Sejrin” ifisser li “waqt li intom qeghdin fil-process li tkunu evangelizzati, evangelizzaw”! Ifisser ukoll li m’ghandekx ghalfejn tistenna li tasal f’xi post partikulari biex tevangelizza, imma ghandek tevangelizza issa, waqt li qieghed fil-vjagg tal-hajja tieghek!

b) L-Oggett ta’ l-Evangelizzazzjoni

Min huwa l-oggett ta’ l-evangelizzazzjoni? L-oggett ta’ l-evangelizzazzjoni huwa kulmin m’huwiex jevangelizza. Jigifieri, mhux biss kulmin ghadu qatt ma sema’ b’Gesu’ Kristu (dak li normalment wiehed jersaq lejh permezz tal-pri-evangelizzazzjoni u ta’ l-ewwel evangelizzazzjoni), imma wkoll kulmin huwa mghammed izda ghadu mhux qed jassumi r-responsabbilta’ shIha li ggib maghha l-Maghmudija (dak li normalment wiehed jersaq lejh permezz tar-ri-evangelizzazzjoni)!

Hadd m’huwa nieqes mill-opportunita’ li jevangelizza. M’ghandekx ghalfejn tmur f’xi pajjiz tas-Sud Amerika, jew f’xi pajjiz Afrikan jew Azjatiku biex tevangelizza. Fl-Ewropa stess hemm min jehtieg ikun evangelizzat mill-gdid.  L-istess nghidu ghal pajjizna u ghall-Parrocca taghna.  M’ghandniex ghalfejn immorru wisq ‘il boghod, f’darna wkoll, fost in-nies ta’ madwarna nistghu insibu l-oggett ta’ l-evangelizzazzjoni taghna.

Fil-Gdid Testment Grieg insibu kelma li tiddeskrivi l-ambitu ta’ l-evangelizzazzjoni.  Din hija l-kelma oikos, bl-Ingliz household. Il-kelma oikos tfisser hafna aktar minn dak in-nukleju naturali li ahna nsejhulu l-familja.  B’oikos nifhmu il-qraba taghna, il-girien, il-kollegi taghna ta’ fuq ix-xoghol jew ta’ l-iskola, u shabna tal-kazin, club, jew socjeta’ li nifrekwentaw.  Meta Gesu’  fejjaq ir-ragel mahkum mix-xitan, Gesu’ baghtu: “Mur lura lejn darek (l-oikos tieghek) u ghid Alla x’ghamel mieghek”. (Luqa 8:39) . L-istess insibu mal-konverzjoni ta’ Levi jew fil-kas ta’ |akkew, huma stiednu lil Gesu’ f’darhom fejn laqqghu lill-“oikos” taghhom (Luqa 5:29; 19:9).  Haga bhal din insibuha wkoll fl-Atti ta’ l-Appostli, bhal fil-kas ta’ Kornelju, Ic-centurjun Ruman li laqqa’ ghandu lil niesu (L-oikos tieghu) biex jisimghu lil Pietru. (Att 10).

c) Il-Lista ta’ l-OIKOS

Fil-hidm pastorali taghna, specjalment ahna ta’ tradizzjoni nisranija twila, jehtieg nieqfu nikkuntentaw ruhna bin-numru sabih ta’ missjunarji, religjuzi u anke lajcI, li ghandna mxerrdin mad-dinja (ghalkemm jidher li naqas sewwa); jehtieg nieqfu nikkuntentaw ruhna bl-offerti finanzjarji li naghmlu f’gieh il-missjonijiet.  Fil-hidma pastorali taghna jehtieg insibu modi kif nissensibilizzaw lill-Insara mill-htiega li jerfghu ir-responsabbilta’ lejn dawk fost in-nies ta’ madwarhom (fost l-oikos taghhom) li m’ghandhom l-ebda relazzjoni personali ma’ Gesu’ Kristu.  Jehtieg insibu mod kif nimmotivaw lill-Insara biex ikunu missjunarji f’darhom stess, fit-triq fejn jghixu, fil-kampijiet tax-xoghol jew fl-iskejjel (jigifieri, fost l-“oikos” taghhom.)

Ezercizzju li jghin il-Parruccani, li jixtiequ jghixu l-Maghmudija taghhom u jibdew jiehdu sehem fil-missjoni tal-Knisja li tevangelizza, biex ikollhom idea cara, konkreta, prattika u possibbli ta’ lil min ghandhom jevangelizzaw huwa dak tal-Lista ta’ l-Oikos.

Ghaliex ma tippruvax taghmel dan l-ezercizju inti wkoll li qed taqra’ dan l-artiklu?  Ma jehodloklx aktar minn ftit minuti u jista’ jkun ta’ ispirazzjoni kbira.

(  i) Aghmel lista ta’ dawk il-persuni li tghix, tahdem, tiltaqa’ jew tirrikrea ruhek maghhom b’mod regolari.  Probabbilment, il-lista ma tkunx itwal minn ghoxrin persuna;

( ii) Qieghed numru minn 1 sa 7 – hdejn l-isem ta’ kull persuna; li jiffirmaw l-oikos tieghek, l-ismijiet li ghadek kemm ghamilt il-lista taghhom.  In-numri 1 u 7 jirrappresentaw zewg estremi: “ 1” ghal persuna li ma tafx u ma temminx b’ Gesu’ Kristu; “ 7 “ ghal persuna li ghandha relazzjoni personali ma’ Gesu’ Kristu u qed ixxandru u tixhed ghalih.  Bejniethom hemm hames numri ohra: ghal min ma jafx b’Gesu’ Kristu imma lest li jisma’;  ghal min jaf l-Evangelju izda qed jghix stil ta’ hajja li ma taqbilx mieghu; ghal min lest li jhaddan lil Gesu’ Kristu f’hajtu; ghal min waqaf sal-Quddiesa tan-nhar ta’ Hadd u xi qrara kultant; u ghal min qed ifittex li jikber fl-imhabba u l-impenn tieghu lejn Gesu’ Kristu u l-Knisja Tieghu.

(iii) Immarka l-persuna li hdejha issib l-izghar numru.  Gesu’ iridek tevangelizza lil dik il-persuna.  Dik il-persuna hija l-oggett, il-mira tal-missjoni tieghek, anke jekk inti ghadek m’intix evangelizzat bizzejjed, jew ahjar, ghadek fil-process ta’ l-evangelizzazzjoni!

5. Il-Process ta’ l-Evangelizzazzjoni

L-ewwel pass lejn Parrocca Evangelizzata huwa li Parrocca taghraf li hija kamp ta’ missjoni, li fiha hemm nies li huma s-suggett u l-oggett ta’ l-evangelizzazzjoni.  Kont se nghid mhux importanti n-numri, kemm hemm nies li qed jevangelizzaw u kemm hemm nies li ghandhom bzonn ikunu evangelizzati.  Izda n-numri ghandhom l-importanza taghhom.  Parrocca Evangelizzata hija Parrocca li kulma tmur dejjem tikber u tidher li qed tikber; Parrocca li tizdied fin-numru ta’ Nsara li jghixu l-Maghmudija taghhom; Parrocca li fiha jizdiedu l-operaturi pastorali u jitkattru l-ministeri.

l-Evangelizzazzjoni ta’ l-oikos hija l-aktar evangelizzazzjoni semplici ghaliex tuza r-relazzjonijiet li diga jezistu.  M’ghandekx bzonn torganizza xejn, m’ghandekx bzonn ta’ l-ebda attivita’ partikulari!  M’ghandek bzonn tmur imkien u lanqas m’ghandek bzonn tistenna xi gurnata jew hin partikulari!

Pero’ dan ma jfissirx li l-evangelizzazzjoni ta’ l-oikos hija facli, jew li se tara xi rizultati mil-lum ghall-ghada. Madanakolu, l-evangelizzazzjoni ta’ l-oikos ihalli l-akbar impatt u l-frott tieghu l-aktar li jdum.  Dan ghaliex min qed jevangelizza ikun qed jghix u jahdem ma’ min qed ikun evangelizzat; min jevangelizza jimxi ma’ l-evangelizzat!

L-evangelizzazzjoni hija process, process li darba tqabbdu jgib bidla radikali.  Fid-dizinn qed naraw il-fazijiet differenti ta’ dan il-process.  Id-dizinn ghandu forma ta’ bomba biex jindika l-qawwa u l-bidla li kapacI ggib l-evangelizzazzjoni fil-hajja ta’ persuna.  L-aktar post delikat fil-bomba huwa l-parti t’isfel, fejn ikun hemm l-isplussiv li mal-friction tad-daqqa jiehu u jisplodi l-bomba.  Fl-istess hin, id-disinn ghandu wkoll il-forma ta’ xibka.  Ix-xibka hija wiesgha fil-parti ta’ taht taghha, imma aktar ma titla’ ‘l fuq aktar tidjieq.  Dan ghaliex l-iskop ta’ l-evangelizzatur ma jieqafx mal-qabda ta’ persuna, imma jrid ikompli jahdem, bhalma jahdem bil-ghaqal sajjied biex iwassal il-hut fid-dghajsa, sakemm il-persuna tkun membru haj fil-Knisja li tevangelizza.  Minn dawn iz-zewg tixbiehat johrog li l-bidu u t-tmiem tal-process ta’ l-evangelizzazzjoni ghandhom l-istess importanza u m’hemmx evangelizzazzjoni shiha minghajr ma wiehed ikun ghadda mill-fazijiet kollha.

a) L-Ewwel Fazi: Intercessjoni

Il-Paqa Pawlu VI, fl-Evangelii Nuntiandi, jghidilna li “l-Ispirtu s-Santu huwa l-awtur principali ta’ l-evangelizzazzjoni” Ghalkemm xejn ma jitharrek minghajr il-qawwa t’Alla, il-bniedem jista’ jitraskura din ir-realta’ f’hafna aspetti tal-hajja tieghu fejn ihossu kompetenti bizzejjed u m’ghadu bzonn hadd.  Dizgrazzjatament, din il-haga tista’ tigri wkoll lill-operaturi pastorali l-aktar meta jinvolvu ruhhom fil-qasam socjali u ta’ promozjoni umana, jew meta jikkoncentraw fuq l-aspett organizzattiv tal-hidma pastorali.  Izda meta ninpenjaw ruhna fl-evangelizzazzjoni ma jistax ikun ma nibdewx gharkoptejna quddiem Alla, ma nkomplux gharkoptejna u ma nispiccawx gharkoptejna!

L-evangelizzazzjoni hija il-missjoni ta’ Gesu’ Kristu, l-Ahbar it-Tajba.  L-evangelizzatur huwa msejjah jiehu sehem fil-missjoni ta’ Gesu’ u jaghraf li ma jistax jaghmilha minghajr l-assistenza kontinwa ta’ l-Ispirtu Tieghu.  L-Ispirtu s-Santu ghandu bzonnu min qed jevangelizza, biex Huwa jaghtih id-doni ta’ l-gherf u l-qawwa biex jaghraf u jahtaf kull opportunita’ li tigi quddiemu li jitkellem u jixhed ghal Gesu’ Kristu.

L-Ispirtu s-Santu ghandu bzonn ukoll min qed ikun evangelizzat ghax, ghalkemm jista’ jara b’ghajnejh u jisma’ b’widnejh, Hu jrid ifehmu l-Ahbar it-Tajba f’mohhu u jheggiglu qalbu biex jilqaghha.  Peress li min hu fil-bzonn ta’ l-evangelizzazzjoni normalment linqas li jhoss il-bzonn ta’ Alla, l-evangelizzatur irid jitlob ghalih hu.  Ghalhekk, il-process ta’ l-evangelizzazzjoni jibda bit-talb t’intercessjoni.

Kien ghalhekk li,  l-ewwel haga li ghamlet il-Komunita’ Dixxipli ta’ Gesu’ qabel ma ntroduciet is-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni f’Malta kienet il-ftuh ta’ Kappella ghall-Adorazzjoni Perpetwa gewwa c-Centru Annunzjata fil-Floriana.  Din ukoll kienet l-ewwel progett tieghi bhala Kappillan tal-Parrocca ta’ San Gejtanu: il-ftuh tal-Knisja ta’ Santunuzzu ghall-Adorazzjoni Perpetwa, mit-Tnejn sas-Sibt, mit-8.00a.m. sas-6.00p.m.  Jekk ghada, Mons. Arcisqof jibghatni f’Parrocca ohra, dan ikun l-ewwel progett li nahdem ghalih: Adorazzjoni Perpetwa.

b) It-Tieni Fazi: il-Qadi

It-talb ibiddel lilek u mhux lil Alla.  Int u titlob ghall-oikos tieghek, li jigri hu li tinbidel int fil-konfront ta’ l-oikos tieghek.  Tibda thares lejh b’mod differenti, bl-istess mod kif Alla jhares lejh.  Tibda thoss ghalih bl-istess kompassjoni li Alla Ghani fil-Hniena jhoss ghalih.  L-oikos tieghek jibda jsib postu fil-qalb tieghek; timtela bi mhabba kbira ghalih; issir sensittiv ghalih u ghall-htigijiet tieghu; tibda tohrog barra minn triqtek biex tghinu.

Qabel ma tkellmu fuq l-imhabba, l-oikos tieghek irid iduq l-imhabba fik.  Qabel ma jisma’ fuq Gesu’ Kristu, l-oikos tieghek irid jiltaqa’ ma’ Gesu’ Kristu fik!  Gesu’, l-Imhabba t’Alla maghmul bniedem, qalilna: “Jiena ma gejtx biex inkun moqdi, Izda biex naqdi” (Mattew 20:28).  Hafna drabi kienu jiehdu l-morda u l-imxajtna ghand Gesu’ biex ifejjaqhom u jehlishom.  Izda spiss Gesu’ kien ifittex il-gerha Hu stess u jfejjaqha.  L-evangelizzatur ghaqli jaf li l-bniedem waqt stress huwa l-aktar bniedem espost ghall-Ahbar it-Tajba li l-qofol taghha hija r-Rebha ta’ Gesu’ fuq id-dnub, fuq it-tbatija u fuq il-mewt.

Din il-fazi hija fazi fundamentali ghall-process kollu ta’ l-evangelizzazzjoni.  F’din il-fazi trid tinbena l-fiducja necessarja fuq il-livell uman.  Fid-dizinn, din il-fazi tokkupa l-akbar arja, ghaliex tiehu z-zmien u trid hafna sabar u energija.  F’din il-fazi, l-evangelizzatur irid juri li hu m’huwiex impostur li qed jaqdi ghall-iskopijiet ta’ mohhu, tajbin kemm huma tajbin, imma li huwa tassew qaddej. Il-qaddej jaqdi dejjem u ‘l kulhadd.  Min mhux qaddej, kapacI jaqdi lil certi individwi u f’certi cirkostanzi, izda lil individwi ohra u f’cirkostanzi ohra jdabbar rasu.

c) It-Tielet Fazi: Ix-Xandir tal-Kelma

Ma jistax jonqos illi l-intercessjoni u l-qadi kollu mhabba u hlewwa ma johloqx ambjent sabih fir-relazzjoni ta’ bejn l-evangelizzatur u min qed ikun evangelizzat.  Min-naha ta’ l-evangelizzatur issir wahda ta’ ghotja inkondizzjonata, u ta’ generozita gratuwita.  Min-naha ta’ min qed ikun evangelizzat, issir wahda ta’ fiducja shiha u fl-istess hin ta’ staghgib lejn l-evangelizzatur.  Dik il-persuna tibda tistaqsi hafna domandi: Ghaliex dan il-qarib, dan il-garr, jew dan il-habib tieghi qed Igib ruhu hekk mieghi?

Fl-ahhar il-kurzita teghlbu u jikkonfronta lill-evangelizzatur b’din id-domanda.  Dak ikunu sinjal ghall-evangelizzatur li jkun qorob iz-zmien li mix-xhieda jghaddi ghall-kelma.  Hafna jisthu jew jibzghu jitkellmu fuq x’ghamel maghhom il-Mulej, jisthu mqar isemmu l-isem ta’ Gesu’, ghalkemm hafna xejn ma jisthu jsemmuh fil-batal!  Hafna jgibu l-iskuza bix-xhieda, u jghidulek “m’ghandix ghalfejn nitkellem! L-importanti l-mod kif nghix; min irid, Ihares lejn l-ezempju tieghi” Timagina taqta’ d-diskors kollu li qal Gesu’ mill-erba’ Evangelji?  Kif konna nistghu nifhmu t-tifisra tal-gesti, l-imgieba u l-grajjiet li ghadda minnhom Gesu’?  U kemm-il miraklu wettaq Gesu’ bil-qawwa imqar ta’ kelma wahda minn Tieghu?  Fuq kollox, Alla halaq kulma jezisti bil-qawwa tal-Kelma effettiva Tieghu, dik il-Kelma, li fil-milja taz-zmien, saret bniedem u ghammret fostna!

Evangelizzazzjoni li ma tinkludix il-mument kurcjali tax-xandir dirett tal-kerygma, l-Ahbar it-Tajba, hija parodija ta’ l-evangelizzazzjoni.  Ir-rabta bejn ix-xhieda u l-kelma turihielna l-Evangelii Nuntiandi wkoll.  Ghalkemm il-Kelma minghajr ix-xhieda hija vojta, ix-xhieda minghajr il-kelma tiftah it-triq ghal kull tip ta’ interpretazzjoni.

Hawnhekk importanti nghidu li x-xandir tal-kerygma, l-Evangelizzazzjoni hija differenti minn Katekezi.  L-evangelizzatur jikkomunika l-esperjenza personali tieghu ta’ l-Ahbar it-Tajba: id-dalma tal-mewt li fiha kienet tinsab hajtu, il-mod kif Gesu’ tah hajja gdida, forsi wkoll wara li pprova affarijiet ohra, persuni ohra, toroq ohra li aktar kabbru d-dalma tieghu.  L-evangelizzazzjoni hija xandira diretta li tinterpella lil min jismaghha b’tali mod li jkollu jiehu decIzjoni jilqaghhiex jew jirrifjutaha.  L-evangelizzazzjoni hi diretta lejn il-qalb u twassal mhux biex taqta’ l-kurzita tal-mohh, imma ghal bidla personali.  Meta wiehed jiltaqa’ ma’ Gesu’ b’mod personali u jaccettah fil-hajja tieghu jitnissel ghatx fih li kapacI jaqtghu Hu biss: ikun irid isir jafu, jisimghu, jghammar mieghu, jistaqsih spjegazzjoni ghall-parabboli u t-taghlim Tieghu.  Il-Katekezi tigi wara, tinghata lil nies evangelizzati.  U ahna naghtuha qabel, imbellugha mas-sagramenti!  U r-rizultat?  L-ghada tal-Grizma jtir kollox mar-rih, il-Knejjes aktar jizvujataw, aktar familji jitkissru, u aktar nies iharsu lejk bl-ikrah ghax ezigejt minnhom laqgha!

d) Ir-Raba’ Fazi: Tigdid tal-Maghmudija

Il-maghmudija hija wiehed mis-Sagramenti ta’ l-inizjazjoni.  Il-maghmudija iddahhalna fil-hajja t’ Alla. Fil-maghmudija ahna mmutu ma’ Kristu biex inqumu mieghU ghall-Hajja Gdida, insiru Tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu u werrieta tas-Saltna t’Alla bhala wlied adottivi Tieghu.  Il-Maghmudija ma ddahhalniex biss fil-hajja tat-Trinita’ Mqaddsa, imma wkoll fil-Gisem Mistiku ta’ Kristu, li hi l-Knisja.

L-iskop ta’ l-evangelizzazzjoni, – ta’ l-intercessjoni, tal-qadi tal-qsim ta’ l-esperjenza, tax-xandir ta’ l-Ahbar it-Tajba, – huwa li wiehed igedded il-weghdiet tal-Maghmudija: li jaccetta lil Gesu’ Kristu bhala l-Mulej u s-Sid tal-hajja tieghu u jichad kull hazen.  Ma jistax ikun li Alla ma jonorax ghazla bhal din u ma jwegibx billi jgedded fih id-don ta’ l-Ispirtu s-Santu.  Hekk, dak li kien biered jerga’ jibda jitheggeg, dak li kien indifferenti jibda jinfetah ghall-affarijiet t’Alla, dak li kien ‘il boghod jerga’ jibda jersaq.

Dan huwa moment delikat hafna.  Tkun veru hasra kieku wara dak is-sagrificcju u l-impenn kollu, persuna li tkun waslet s’hawn, titlef kollox u terga’ lura ghall-hajja l-antika, u s-sitwazzjoni taghha tkun aghar minn ta’ qabel  (ara Mattew 9:16).  Il-mument li wiehed jieqaf jghix il-hajja gdida jitlifha.  Jew tibqa’ tikber, jew tmur lura.  Taghzel lil Kristu bhala l-Mulej tieghek, ifisser terga’ ssib postok fil-Knisja, fil-Parrocca.

Peress li l-evangelizzazzjoni timmira lejn min hu l-aktar ‘il boghod, lejn min forsi jkun ilu snin ma jersaq lejn il-Knisja, lejn min forsi spicca jghix stil ta’ hajja li ma taqbilx ma’ l-Evangelju, wiehed jista’ jimmagina kemm mhux facli jerga’ jidhol il-Knisja.  Ghalhekk, wiehed irid isib Komunita’, li qalbha thoss mal-qalb tar-Raghaj it-Tajjeb, li dejjem lesta tilqa’ bil-ferh u taghmel festa meta tara n-nghaga l-mitlufa riega’ lura.  Disgrazzjatament, naf pesuni bhal dawn li ghaddew minn prova u tbatija kbira meta dahlu fil-Knisja Parrokkjali wara hafna snin u sabu n-nies “tal-Knisja” izekzku fuqhom, jitkazaw bihom u jghaddu kumment dispregjattivi f’wicchom!

Parrocca evangelizzata hija parrocca orjenata lejn l-imbeghdin u l-mitlufin.  Mhux biss tfittixhom u tistennihom lura bil-herqa, imma wkoll tilqaghhom u taghmililhom facli jirritornaw fid-Dar tal-Missier. Ghaldaqstant, hemm bzonn ta’ grupp zghir li jservi bhal speci ta’ “inkubatur”, jew benniena, fejn persuna li tkun qed tigi evangelizzata tircievi l-kura u l-attenzjoni kollha li tkun mehtiega, bhal tarbija li twieldet barra miz-zmien (ara 1Korintin 15:8).  Wiehed jifhem li l-gruppi u l-ghaqdiet tradizzjonali m’humiex addattati ghal dan l-iskop  peress, li biex tkun membru fihom, wiehed jassumi li dak li jkun qed jghix certu livell ta’ hajja nisranija.  Id-dhul f’cellola t’evangelizzazzjoni, orjentata lejn l-ahhar wiehed li jidhol fiha, huwa l-ewwel pass lejn integrazzjoni mill-gdid fil-komunita’ parrokkjali, u lejn integrazzjoni shIha fil-qadi ta’ ministeru fiha.

e) Il-Hames Fazi: L-Evangelizzat isir Evangelizzatur

Madanakollu, li wiehed ikun membru haj tal-Komunita’ Nisranija, tal-Knisja, fil-Parrocca, jigifieri li wiehed ikun membru attiv li qed jassumi responsabbilita’ u jaqdi ministeru fi hdan il-komunita’, ikun ghadu mhux bizzejjed biex jaghmlu evangelizzat fil-veru sens tal-kelma.  Fi kliem iehor, il-process ta’ l-evangelizzazzjoni jintemm meta l-oggett ta’ l-evangelizzazzjoni jsir suggett taghha, meta l-evangelizzat isir evangelizzatur.

Hawnhekk tajjeb nintroducu principju mportanti ghall-evangelizzazzjoni, dak tal-multiplikazzjoni.  Parrocca evangelizzata ma tikkuntentax ruhha biss b’li zzid “in-numru ta’ dawk Ii jkunu salvi” (Atti 2:47).  Parrocca evangelizzata taghti formazzjoni immirata lejn li tifforma evangelizzaturi godda, ghax meta taghmel hekk tkun qed timmultiplika n-numru ta’ nies evangelizzati.  Dan ifisser li waqt li nevangelizza nrid nifforma evangelizzaturi biex hekk ma nkunx jiena biss li nevangelizza imma nkunu tnejn.  U jekk ahna t-tnejn ikollna l-istess mentalita’ u mpenn, allura ma nibqghux tnejn li qeghdin jevangelizzaw, imma jsiru erba’ ecc.

Parrocca li taghraf li hi tezisti biex tevangelizza, Parrocca li l-hidma pastorali kollha taghha hija orjentata lejn l-imbeghdin, ma jistax jonqos li jkollok membru haj, fiha membru attiv, membru li jixtieq ikun ko-responsabbli, membru li jassumi ministeru u ma jispiccax jevangelizza hu wkoll.

Parrocca issir evangelizzata l-mument li dan il-process jibda jinhass u l-mument li jibda jidher il-frott ta’ l-evangelizzazzjoni gdida, cioe’ aktar nies evangelizzati, jew ahjar aktar nies li qed jevangelizzaw.  Dan jista’ jiehu z-zmien, izda bhal fil-kas ta’ l-alchohol, bizzejjed tiehu grokk biex issir sakranazz, darba dan il-process jibda ma zzommux.  Naturalment, wiehed jista’ jxekklu jew jiffacilitah; wiehed jista’ jkollu ufficcju u influwenza biex ixekklu ftit jew ixekklu hafna, bhalma jista’ jmexxih ‘il quddiem ftit jew imexxih ‘il quddiem hafna.

6. Skola u Metodu Parrokkjali t’Evangelizzazzjoni

Il-hegga u d-determinazzjoni li tevangelizza m’humiex bizzejjed.  L-ghazla li, minn oggett ta’ l-evangelizzazzjoni ssir suggett taghha u li tibda tiehu sehem mill-missjoni tal-Knisja li tevangelizza mhix bizzejjed.  Li taqra’ dwar id-diversi fazijiet tal-process ta’ l-evangelizzazzjoni mhux bizzejjed.  Ix-xewqa li tara l-holma tieghek ta’ Parrocca evangelizzata mhix bizzejjed.  L-istess bhalma li jkollok il-guh jew l-aptit u jkollok il-haxix, l-ghagin, il-preserve u l-ingredjenti kollha li tista’ timmagina mhux bizzejjed biex tiekol ikla tajba!

Ghandek bzonn ukoll tidhol fi Skola kwalifikata biex tharrgek fil-kapacitajiet li tehtieg biex tkun effettiv u tasal li twettaq dak li int imsejjah ghalih b’mod li jhalli frott, jekk jista’ jkun 100 ahjar minn 60.  Fi kliem iehor, ghandek bzonn metodu.  L-istess bhalma ghandek bzonn ricetta li tghinek tasal ghall-platt li tixtieq!

Liema huwa l-ahjar metodu biex naslu ghal Parrocca Evangelizzata?  Kull metodu huwa metodu: tajjeb daqskemm jghinek tasal fejn tixtieq.  M’hawnx metodu ahjar minn iehor, bhalma m’hawnx ricetta ahjar minn ohra.  Mill-esperjenza umli tieghI nasal biex nghid li s-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni huwa metodu ideali lejn Parrocca Evangelizzata.  Ma ninsewx, m’ahniex nitkellmu fuq li fil-Parrocca jkollok grupp ta’ Nsara li jorganizza attivita’ t’evangelizzazzjoni bhalma jista’ jkollok grupp partikulari li jippromovi spiritwalita’ partikulari jew jorganizza attivita’ pastorali partikulari.

L-ewwelnett, is-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjon mhix ghaqda, mhix grupp, assocjazzjoni, komunita’ jew moviment.  Ic-Cellola hija skola kontinwa ta’ formazzjoni, skola ta’ talb u skola t’evangelizzazzjoni.  Bhala Skola Parrokkjali ic-Cellola huwa responsabbli minnha l-Kappillan, flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.  Bhala Skola ta’ formazzjoni, mhix il-kompitu tac-Cellola li torganizza l-ebda attivita’ pastorali.

a) Is-Seba’ Ghanijiet tac-Cellola

Ic-Cellola ghandha 7 ghanijiet:

(  i) Tkabbar fl-Intimita’ mal-Mulej

Ic-Cellola hija laqgha ta’ talb.  Gesu’ qalilna:  “fejn tnejn jew tlieta jingabru f’ismi, jiena nkun hemm f’nofshom” (Mattew 18:20).  Fic-Cellola tigi ccelebrata l-Kelma t’Alla: tixxandar il-Kelma u tigI mfissra mir-Raghaj u maqsuma bejn l-ahwa.  Fic-Cellola kulhadd huwa accettat kif inhu, jista’ jkun qed jghix hazin, fid-“dnub”, jew fi stil ta’ hajja li ma jaqbilx ma’ l-Evangelju.  Fic-Cellola tinbena fiducja qawwija fil-Kelma t’Alla li hi “qawwija bhal xabla li taqta’ minn zewg nahat (Lhud 4:12).  Il-bidliet veri u permanenti jigu frott ta’ laqgha personali u intima mal-Mulej Gesu’.

( ii)  Tkabbir fl-Imhabba u Xulxin

Ic-Cellola hija moment qawwi ta’ komunjoni.  Aktar ma tikber il-fiducja f’xulxin, aktar wiehed jinfetah ghall-ohrajn.  Aktar ma wiehed isib min jisimghu, min jaccettah kif inhu, minghajr ma jaghmillu pressjoni jew theddid biex jinbidel ghax inkella ma jibqax ikollu post fic-Cellola, aktar wiehed jesperjenza l-Imhabba u l-Hniena t’Alla.  Ma ninsewx dak li ghedna aktar ‘il fuq: fic-Cellola hadd ma jmur addocc, imma wara li tkun kibret relazzjoni ta’ fiducja u ta’ mhabba ma’ membru iehor tac-Cellola, u wara li c-Cellola kollha tkun talbet u giet ippreparata biex tilqa’ lil dik il-persuna gdida.  Aktar ma’ persuna tkun mahbuba aktar tkun kapacI thobb.

(iii) Taqsam lil Gesu’ ma’ l-ohrajn

Fic-Cellola wiehed jitghallem jaqra’ l-grajjiet tal-hajja tieghu fid-dawl tal-Kelma t’Alla.  Bil-mod il-mod, Gesu’ tant isir parti mill-hajja tieghek, illi tispicca titkellem fuq Gesu’ fl-istess hin li titkellem fuq l-esperjenza tal-hajja tieghek.  Fic-Cellola wiehed jinheles minn kull misthija u biza’ biex jitkellem fuq Gesu’, u fuq l-esperjenzi spiritwali tieghu.

( iv) Tamministra fil-Knisja

Fic-Cellola hadd ma jibqa’ passiv.  Kulhadd, minghajr sfurzar, jassumi responsabbilta’ u jkun imheggeg jaghti s-servizz tieghu.  Dan huwa l-ewwel tahrig biex, minn membru passiv fil-Parrocca jsir wiehed attiv.  Fic-Cellola wiehed jiskopri il-karizmi tieghu u jitghallem iqeghdhom ghas-servizz tal-Komunita’ Parrokkjali.  Hekk Ic-Cellola timmultiplika l-ministeri.  Aktar ma jkun hemm ministeri, aktar ikunu jistghu jintlahqu htigijiet ta’ nies.

(  v) Taghti u Tircievi “Support”

Ghalkemm hemm il-laqgha tac-Cellola, Ic-Cellola hija seba’ tijiem fil-gimgha u erbgha w ghoxrin siegha kuljum.  Peress li n-nies fic-Cellola jgibuhom il-membri stess minn fost l-OIKOS taghhom, eventwalment se tispicca    b’Celloli iffurmati minn persuni li jigu minn xulxin, jew girien ta’ xulxin.  Barra minn hekk, peress li c-Cellola mhix marbuta ma’ l-ambjent tal-Knisja, allura tista’, anzi mhegga, tiltaqa’ f’dar partikulari, fi triq partikulari jew fi blokk t’appartamenti partikulari.  Hekk, il-membri tac-Cellola, li jiltaqghu mhux aktar minn darba f’gimgha ghal-Laqgha tac-Cellola, ikunu qed jghixu u jahdmu flimkien.  Il-Kelma t’Alla tifforma mentalita’ gdida li turi ruhha fil-mod kif il-membri tac-Cellola juru interess genwin f’xulxin.

( vi) Tifforma Mexxejja Godda

Ic-Cellola tiltaqa’ minghajr il-presenza ta’ sacerdot.  Dan ma jfissirx pero’ li l-presenza tas-sacerdot ma tinhassx.  Il-Kappillan huwa responsabbli mill-ghazla tal-Leader tac-Cellola.  Il-Leader jaf li qed jaqdi missjoni f’komunjoni mal-Kappillan, ir-Raghaj tal-Parrocca.  Madanakollu, darba l-Kappillan tah il-mandat ta’ Leader ta’ Cellola, jaf li Alla jkun afdalu l-kura pastorali ta’ merhla ckejkna fil-Parrocca.  Jezisti Kors ta’ Formazzjoni ghal-Leaders godda, u jsir Kors t’Aggornament ghal-Leaders attwali kull sena.  Pero’, l-akbar tahrig ghal-Leaders hija c-Cellola nnifsiha li huwa jmexxi taht id-direzzjoni tal-Kappillan, li jircievi minghandu rapport regolari tac-Cellola u ta’ kull Laqgha.  Waqt li Leader qed jifforma ruhu u jikber fil-ministeru pastorali tieghu, huwa jkun mitlub jaghzel Co-Leader biex jaqsam mieghu r-responsabbilta’ tac-Cellola u hekk jibdew jiffurmaw ruhhom Leaders godda.

(vii) Issahhah l-Identita’ Kattolika

Dak kollu li semmejna dwar Ic-Cellola jghin biex wiehed jiskopri mill-gdid il-Maghmudija tieghu bis-sbuhija kollu taghha. U dan ma jsirx b’reazzjoni, jew bi protesta ghall-istituzjoni li xi kultant tidher tiffavorixxi religjon ta’ natura legalista li tikkuntenta ruhha b’dak li jidher minn barra.  Ghal kuntrarju, dan isir fl-istess hin li jkun qed jiskopri postu fil-Knisja, fil-Parrocca, fl-istituzjoni.  Jigifieri, wiehed jiskopri l-identita’ Kattolika waqt li l-Kommunita’ Parrokkjali tkun qed tiggedded u vicI-versa.

b) Is-Seba’ Mumenti tac-Cellola

Meta tiltaqa’ c-Cellola, hija tghaddi minn seba’ mumenti:

(  i) Kant u Tifhir

Ma jistax jonqos li, fejn kollox ikun orjentat lejn l-evangelizzazzjoni, ma jkunx hemm ambjent ta’ talb miftuh ghall-azzjoni attiva ta’ l-Ispirtu s-Santu.  Dan hu propju l-ewwel moment tal-Laqgha tac-Cellola,  mument ta’ spontanjeta’, moment ta’ ferh u entusjazmu, mument ta’ kant u ta’ tifhir.  Dan hu mument ntenzjonat li isejjah l-Ispirtu s-Santu biex jiehu kontroll Hu ta’ kull membru u tal-Laqgha kollha kemm hi: Hu “li jghajjat fina: ‘Abba! Missier!’“ (Galatin 4:6).

( ii) Qsim ta’ l-Esperjenzi

F’dan il-mument, il-membri tac-Cellola jkunu mistiedna jharsu lura lejn il-gimgha li tkun ghada kemm ghaddiet, mill-ahhar laqgha tac-Cellola, u jaghmlu lilhom infushom zewg domandi: X’ghamel mieghI l-Mulej; x’qalli?  u X’ghamilt jiena ghaliH? L-iskop ta’ dawn Iz-zewg domandi huwa biex il-membri jitghallmu jindunaw bil-presenza t’Alla fil-hajja personali taghhom u jaqraw is-sinjali li jibghatilhom Alla u biex jibdew jahtfu kull opportunita’ li jkollhom li jitolbu, jaqdu u jitkellmu bhala mezz t’evangelizzazzjoni.

(iii) Taghlim

It-Tielet moment tac-Cellola huwa mportanti hafna ghax fih jasal ghand il-membri dak l-ikel li jmantni u jsahhah il-merhla.  Din hija opportunita’ kbira ghall-Kappillan li jwassal lill-membri kollha disposti biex jisimghu permezz ta’ Teaching irrekordjat fuq cassette biex kull Cellola, tiltaqa’ meta tiltaqa’ u fejn tiltaqa’, tisma’ l-istess kelma.  L-iskop ta’ dan it-taghlim huwa biex il-membri jifhmu ahjar il-Kelma t’Alla, il-Knisja u t-taghlim taghha u biex tqanqal fihom ghatx ghal taghlim aktar sostanzjali, ghal impenn aktar serju ghall-qdusija u ghall-evangelizzazzjoni.

( iv) Diskussjoni

It-Taghlim irid jigi assimilat.  Ghalhekk, huwa jkun segwit b’mument twil ta’ reazzjonijiet mill-membri.  Ir-rwol tal-Leader f’dan il-mument huwa aktar ta’ wiehed li jiffacilita’ lil kulhadd biex jitkellem u jzomm mas-suggett milli biex jikkumenta u jikkoregi.  Il-feedback li jaghti l-Leader fir-Report Sheet wara kull laqgha, tghin lill-Kappillan fl-ghazla tas-suggett u biex jaghmel il-kjarifikazzjonijiet li jkunu mehtiega jsiru meta u kif jara opportun.

(  v) Avvizi

Wara d-diskussjoni, il-Leader jaghti fil-qosor l-avvizi li johorgu mill-Ufficcju Parrokkjali biex hekk tinhass il-komunjoni bejn ic-celloli kollha u mal-Parrocca.  Peress li fic-Cellola aktarx issib nies li din tkun l-ewwel darba wara hafna snin li qed jattendu laqgha ta’ natura religjuza kull gimgha, forsi anke qabel ma jaghrfu l-htiega tal-Quddiesa tal-Hadd,  il-Leader juza’ l-prudenza tieghu biex Iheggeg aktar milli jezigi.

( vi) Intercessjoni

Wara l-avvizi, kulhadd jitlob ghall-OIKOS, tieghu.  Meta wiehed jitlob ghall-OIKOS, isemmiegh b’ismu. L-ewwelnett biex it-talba tkun pesonalizzata, it-tieninett biex il-membri l-ohra jkunu jistghu jissiehbu huma wkoll f’dik it-talba b’mod shIh, u t-tieletnett biex dik il-persuna tibda ssib postha fil-qalb ta’ kull membru tac-Cellola.  Waqt il-laqgha tac-Cellola dejjem ikun hemm siggu vojt, ippreparat biex jilqa’ lil din il-persuna ta’ l-OIKOS, meta jasal il-mument ghaliha.  It-talb ta’ l-intercessjoni l-ewwel li ma jbiddel huwa lil min jaghmlu.  Hu ghalhekk li, meta tigi persuna gdida fic-Cellola jkun mument ta’ ferh kbir, simili ghall-ferh ta’ dak ir-Raghaj li jkollu mitt naghga u jsib il-wahda li tkun intilfitlu!

(vii) Talb ta’ Fejqan

Fl-ahharnett, il-membri tac-Cellola jitolbu ghal xulxin.  Kulhadd huwa liberu li jitlob mill-membri l-ohra li jitolbu ghalih ghal xi bzonn partikulari li  jkollu.  Forsi htiega ta’ fejqan spiritwali jew fiziku, forsi htiega ta’ helsien mill-ispirtu hazin tal-misthija u tal-biza biex matul il-gimgha li tkun gejja wiehed ma jitlifx l-opportunita’ li jkollu li jevangelizza.

c) Il-Htiega ta’ Struttura ghac-Cellola

Cellola huwa l-isem mehud mill-qasam bijologiku biex jiddeskrivi dan il-grupp zghir ta’ persuni.

Il-gisem tal-bniedem hu maghmul minn biljuni ta’ celloli.  Jibda b’cellola wahda li tikber u ssir tnejn, it-tnejn jikbru u jsiru erbgha; u jibqghu jimmultiplikaw b’dan il-mod.  Kull cellola ghandha il-karatteristici kollha li ghandhom ic-celloli l-ohra kollha tal-gisem.  Izda tibqa’ hajja sakemm tibqa’ fil-gisem, maghquda mac-celloli l-ohra u ma’ l-istruttura li zzommhom flimkien. Cellola li tinqata’ ghal rasha tmut.  L-istess jigrilha Cellola li ma tikbirx: timrad u tinxef ghal kollox.  Wara ftit sieghat mit-tnissil fil-guf ta’ l-omm, diga jkollok cappa ta’ celloli. Imma mbaghad dawn jibdew jorganizzaw ruhhom u jkollok l-ewwel struttra tal-gisem uman.  Aktar ma  jizdiedu c-celloli, aktar jigu ffurmati organi godda tal-gisem u l-istruttura ssir aktar ikkumplikata.  L-istruttura tikber mal-multiplikazzjoni tac-celloli.  L-istruttura, qeghda ghas-servizz tac-celloli mhux vicI-versa.

Hekk ukoll fis-Sistema ta’ Celloli Parrokkjali ghall-Evangelizzazzjoni. Ic-Cellola hi ntenzjonata li tikber billi tistieden u tilqa’ nies godda li jkunu ‘l boghod minn Alla u l-Knisja.  Aktar ma tikber b’nies godda aktar jibda jersaq il-jum meta jkun mehtieg li dik ic-Cellola timmultiplika ruhha, forsi meta tkun bejn 12 u 16-il membru.

Peress li fis-S.C.P.E. hadd ma jahdem ghal rasu, imma jaghti minn dak li jircievi, allura ma ssib lil hadd li m’ghandux lil xi hadd qrib tieghu qed jaghtih il-kura pastorali li jkun jehtieg.  Sakemm ikun hemm erba’, sitt celloli, il-Kappillan jista’ jaghti attenzjoni personali lil Leaders taghhom, Izda meta dawn jizdiedu aktar ikollu bzonn l-ghajnuna ta’ Leaders specjalizzati li jaghtu kura pastorali lil grupp ta’ mhux aktar minn 7 Leaders ta’ Celloli. Hekk johorgu id-Division Leaders, u l-Leaders taz-Zoni li jkunu responsabbli minn grupp ta’ Divison Leaders.

Fil-kas tal-Parrocca taghna ta’ San Gejtanu, ahna ghandna Cellola Ezekuttiva li tiltaqa’ darba fil-gimgha.  Hija maghmula minni, bhala Kappillan li nippresediha; Segretarja li tiehu hsieb tqassam il-materjal lil kull Cellola darba fix-xahar, u tigbor ir-rapporti kollha ta’ kull Cellola bl-attendenza taghhom permezz tad-Division Leaders; id-Direttur tas-Sistema li hu responsabbli mill-aspett amministrattiv kollu tas-S.C.P.E., imma li bhalissa jservi wkoll ta’ Division Leader fejn ilaqqa’ l-Leaders ta’ 5 Celloli kull xahar; Division Leader ohra li tlaqqa’ l-Leaders ta’ 3 Celloli, dejjem kull xahar; u Brother Dumnikan bhala Direttur ghac-Celloli taz-zghazagh, li bhalissa huma tnejn.

Fil-kas ta’ Sant’Eustorgio, Milan, is-Sistema hija zviluppata hafna u hafna aktar.  Wiehed jista’ jimmagina xi struttura aktar komplikata ghandu Dr Yonggi Cho f’Seoul biex izomm flimkien 500,000 Cellola!  Li kieku wiehed jigi biex jorganizza numru kbir ta’ Leaders u Celloli li dejjem hadmu ghal rashom zgur li jaqta’ nifsu qabel jaqta’ qalbu. Din jesperjenzaha kull Kappillan meta jigi biex igib flimkien ftit gruppi, ghaqdiet u movimenti li twieldu ghal rashom u dejjem hadmu ghal rashom u jibzghu minn xulxin u jissuspettaw f’kull sforz biex jersqu lejn xulxin u lejn il-Parrocca bhala theddida ghall-ezistenza taghhom.

Izda meta c-Celloli jitwieldu f’komunjoni, jikbru f’komunjoni, u jitnisslu f’komunjoni, allura l-istruttura tista’ tikber u tkun ikkumplikata kemm tridha ghax tibqa’ struttura ta’ komunjoni, ghas-servizz tal-komunjoni u ghall-veru gid pastorali ta’ kull membru, inkluzi tal-Leaders.

7. Il-Ministeru tal-Kappillan

Ma tistax titkellem fuq il-Parocca u ma titkellimx fuq il-Kappillan.  Jekk qed nipproponu li nimxu lejn tip ta’ Parrocca adattata ghal dan iz-zmien li qed nghixu fih, fil-bidu tat-Tielet Millennju, irridu nghidu x’se jkun ir-rwol tal-Kappillan f’Parrocca Evangelizzata. Jekk jehtieg li nimxu lejn Parrocca Evangelizzata, irridu nghidu x’qed nistennew mill-Kappillan, x’kompitu hu mistenni mill-Kappillan biex igib ‘il quddiem din il-vizjoni sa ma tkun realta’. U jekk f’Parrocca Evangelizzata l-Ministeru ta’ Kappillan jitlob li jkollu certu attitudni, mentalita’, kapacita u karizmi, hemm bzonn li min hu responsabbli mill-formazzjoni tas-sacerdoti futuri  u ta’ l-aggornament tal-Kleru jara li dawn jitharrgu fihom.  Ghalkemm mhux kollox jiddependi mill-Kappillan, zgur li ghandu responsabblita’ ewlenija.

a) Ministeru Gdid ghal Parrocca Gdida

Ghalkemm ix-xewqa li nsir sacerdot nibtet fija sa minn eta’ zghira, niftakarni nghidha kemm ilni niftakarni nitkellem, zgur li kellu influwenza kbira fuq l-izvilupp ta’ din ix-xewqa certu sacerdot li l-Mulej gab fil-hajja tieghi.  Illum qed nirrealizza li anke fuq l-istil tal-hajja sacerdotali tieghi kellu din l-influwenza.  Dan kien sacerdot li, ghall-ideal pastorali tieghu, irrifjuta kemm-il darba li jaccetta l-ufficcju ta’ Kappillan, naf li kienu talbuh kemm-il darba.  Kellu ideal sabih, ideal li halla hafna frott sabih, jiena wkoll nikkonsidra lili nnifsi bhala frott ta’ l-impenn u d-dedikazzjoni tieghu, forsi kieku accetta li jkun Kappillan qatt ma kien ikun fil-hajja tieghi.

Meta kbirt graw zewg affarijiet fija. L-ewwelnett, ghaddejt minn certi esperjenzi li mmarkaw il-hajja spiritwali tieghi. Dawn bhal donnhom xeghlu fija ideal ghal hajti, ghas-sacerdozju tieghi u ghall-hidma pastorali. It-tieninett, aktar ma bdejt naghraf u nirrifletti fuq il-Knisja f’Malta in generali u fuq il-Parrocca in partikulari, specjalment fuq il-ministeru tal-Kappillan fil-Parrocca Maltija, aktar bdejt inhoss tensjoni ma’ dak l-ideal.

Allura, jiena wkoll ghal sbatax-il sena shah esprimejt ix-xewqa tieghi li ma nkunx Kappillan.  Ghalkemm dejjem urejt li jekk inkun mitlub naccetta b’ubbidjenza, ix-xewqa tieghI kienet rispettatha.  Deherli li aktar nista’ nwettaq l-ideali tieghi ghat-tigdid u ghall-evangelizzazzjoni parrokkjali jekk ma nkunx Kappillan mghobbi kif inhu b’hafna piz amministrattiv u b’xoghol aktar folkoristiku milli haga ohra, bhalma hija l-organizzazzjoni tal-Festa.

Din il-konvinzjoni bdiet tinbidel meta ltqajt ma’ Don PiGi Perini, li semmejna fil-bidu ta’ dan l-artiklu, fl-1993.  Don PiGi tani vizjoni ohra ta’ Kappillan. Fih rajt sacerdot b’ideali li kienu jixbhu lil dawk li kelli jiena.  Mhux biss, imma li hu kien qed jirnexxilu jwettaqhom fil-prattika hafna aktar minni.  U dan is-success ma kienx qed jilhqu minkejja li kien Kappillan, imma propju ghax kien Kappillan!

Ghall-ewwel bdejt nghid lili nnifsi li l-Parrocci f’Milan huma differenti minn dawk f’Malta; Kappillan f’Parrocca gewwa Milan huwa differenti minn Kappillan f’Parrocca Maltija.  Izda aktar ma sirt naf l-istorja tieghu, aktar ma kont niddiskuti mieghu b’mod personali, kemm fid-drabi li kelli c-cans nitla’ Milan u kemm fl-okkazjonijiet li fihom stedintu jigi Malta, ikkonvincini minn zewg affarijiet: ( i) li jekk inkun mitlub naqdi l-ufficcju ta’ Kappillan, ghandi nikkonsidraha bhala l-aqwa opportunita’ biex inwettaq l-ideal ta’ Parrocca Evangelizzata; (ii) li rrid inkun lest li nhallas prezz ghal kull ideal, anke jekk ikun li nitghabba b’xoghol li kieku nippreferi li ma naghmlux!

L-ahhar  diskursata li kellna propju fuq dawn Iz-zewg punti kien fid-19 ta’ Gunju 1998.  Fl-1 ta’ Lulju ta’ l-istess sena, 12-il gurnata biss wara, baghat ghalija l-Arcisqof u wrieni x-xewqa li jaghtini l-mandat ta’ Kappillan!

Erba’ snin ilu!  Ghadni qed nitghallem inkun Kappillan!  Ghadni fil-bidu ta’ din il-mixja lejn Parrocca Evangelizzata.  Imma l-vizjoni hija cara u qed infittex l-ahjar modi u l-aktar modi effettivi biex nghin lil din il-komunita’ afdata f’idejja tasal fejn Alla jixtieqha tasal. Minn dak li osservajt f’Don PiGi u f’Kapillani ohra bhal Fr. Michael Hurley. (Dublin, Irlanda), Don Lino Cecchetto                         (San Sebastiano, Thiene, Vicenza) u ohrajn, u mid-diskussjonijet li kelli ma’ dawn u sacerdoti ohra t’esperjenza pastorali vasta fil-qasam ta’ l-evangelizzazjoni bhal Don Salvatore Tumino (Ragusa, Sqallija) u minn dak li qrajt f’kotba ta’ teologi u kappillani t’esperjenza, bhal Federica Rosy Romersa u Don Pino Macchioni u Dr. Yonggi Cho, nasal biex nghid li hemm bzonn, iva, li l-Kappillan jibda jaqdi l-ministeru tieghu b’mod gdid f’Parrocca gdida, jigifieri f’Parrocca Evangelizzata.

Nixtieq insemmi tlett aspetti ta’ dan il-ministeru gdid tal-Kappillan.

b) Raghaj li Jitma l-Merhla

F’Parrocca li taghti l-prijorita’ taghha, anzi aktar minn prijorita’, fejn kollox huwa orjentat lejn l-evangelizzazzjoni u l-formazzjoni ghaliha, l-ministeru kateketiku u formattiv tal-Kappillan irid jiddomina.

Jekk wiehed jirrifletti sewwa fuq it-tlett passaggi ewlenin li nsibu fl-Iskrittura u li jitkellmu b’mod car fuq ix-xbieha tar-Raghaj b’referenza ghal min huwa responsabbli mit-tmexxija tal-Poplu t’Alla ( jigifieri: Salm 23; Ezekjel 34; u Gwanni 10) isib li kollox idur mal-hsieb li jiehu r-raghaj biex jitma’ u jaghti x’jixorbu lin-naghag tieghu. Ghalhekk imexxihom, ghalhekk isejhilhom, ghalhekk kultant juza l-ghaslug maghhom. B’kuntrast ma’ dan ghandna r-raghajja foloz (ara Izaija 56:9-12; Geremija 23:1-4 u Ezekjel 34:1-6) illi aktar jahsbu f’zaqqhom milli fis-sahha u l-manteniment tan-naghag!

L-ewwel dmir tal-Kappillan huwa li jirgha u jitma’ l-merhla!  Jekk ma jaghmilix hekk x’kura pastorali jkun qed jaghti lill-Parruccani tieghu?  Il-maqjel, minnu nnifsu jibqa’ maqjel, ambjent importanti fejn tingabar il-merhla biex tistkenn mill-hirza ta’ filghaxija u mill-ilpup hattafa.  Izda, jekk ir-raghaj jinvesti hinu u l-energija tieghu kollha biex ibidel il-maqjel f’muzew, jispicca biex ikun bena cimiterju ghan-naghag mejtin bil-guh li jkollu fih!

L-istess jigrilu r-raghaj li jheda jigri wara l-klieb li jkollu biex jorganizza sew il-merhla tieghu fi gruppi u ghaqdiet, kummissjonijiet u kunsilli u jinsa li hareg il-merhla biex jehodha f’merghat kollhom hdura u hdejn nixxieghat ta’ ilma gieri; jew tilhaq tghaddi l-gurnata u jsir il-hin biex jerga jdahhalha fil-maqjel qabel ma tkun trejqet.  Raghaj li jaghmel hekk jispicca bhal dak li jipprova jwaqqaf xkora vojta!

Is-sejha biex il-Kappillan ikun raghaj li jitma l-merhla hija cara.  Mill-Koncilju Vatikan II ‘l hawn il-Knisja ma waqfetx turi l-htiega urgenti ghall-katekezi ta’ l-adulti.  Id-dixxerniment li wasal ghalih Mons. Arcisqof, wara tant sessjonijiet ta’ l-Assemblea tas-Sinodu, huwa dan: jehtieg li l-Insara Maltin ikunu Nsara ta’ fibra u mhux ta’ nofs kedda li jduru ma’ kull rih. (Pentekoste 2002).

Il-Kappillan ghandu l-Omelija tal-Hadd, responsabbilita’ kbira.  Min jaf kemm mexxejja politici jixtiequ jkollhom dik l-opportunita’ biex ikunu jistghu jitimghu l-principji ideologIci taghhom.  F’Survey li ghadna kemm ghamilna fil-Parrocca taghna deher car kemm ghall-maggor kbira tan-nies, l-Omelija tal-Hadd hija l-unika rizorsa minfejn jiehdu l-ikel ghall-hajja Nisranija taghhom.  Omelija ta’ ftit minuti hija biss apitizer ghan-naghag li huma bil-guh!  Izda anke li kellha ddum siegha, kull sacerdot jesperjenza tensjoni waqt l-Omelija, ghax ikun konxju mill-fatt li hafna min-nies migbura jkunu hemm bil-fors, ma jridux jisimghu, jew jisimghu b’attitudni kritika xejn kostruttiva.

X’opportunita’ sabiha nhoss li ghandi jiena li nkellem mal-200 persuna li jiltaqghu f’Celloli differenti kull gimgha, f’hinijiet, granet u postijiet differenti!  Dawn huma nies li jingabru biex jitolbu u disposti biex jisimghu!  Dawn huma nies li jistennew il-kelma tal-Kappillan, ir-Raghaj taghhom. Kwarta kull gimgha, gimgha wara l-ohra ma tfalli qatt:  opportunita’ tad-deheb biex tipprezenta l-Kelma t’Alla u t-Taghlim tal-Knisja b’mod sistematiku.  Allura, kultant, ikollok tkun iebes, twissi, twiddeb u jkollok taghti l-medicina morra kemm hi morra.  In-nies li jingabru fic-Celloli m’humiex “il-fidili”; hafna minnhom sa ftit zmien ilu lanqas il-Quddiesa tal-Hadd ma kienu jmorru;  hafna ohrajn din hija l-ewwel darba li qed jigu f’kuntatt mal-Kelma t’Alla bis-serjeta’ u jattendu grupp religjuz; ohrajn huma anti-klerikali jew fil-prattika ma jaqblux mal-Knisja fejn jidhlu relazzjonijiet konjugali.  Jekk  fil-Knisja, ma taqbilx kemm ma taqbilx mhux il-lok li titkellem, waqt Ic-Cellola, min ma jaqbilx jew Ihoss il-Kelma t’Alla iebsa, ghandu l-wisgha u l-liberta’ kollha li jitkellem.  Pero’, mbaghad jigi segwit mil-Leader tac-Cellola li jaqsam mal-Kappillan dinil-kura pastorali tal-merhla.

Tifhem ghaliex ghandi mhabba u stima kbira lejn dawn il-Leaders.  Bil-ghajnuna tac-Cellola Ezekuttiva, noqghod attent u nitlob hafna qabel ma nahtar Leader.  Ma nfittix intelligenza jew xi skill manigerjali fil-Leaders, imma mhabba kbira ghall-merhla; disponibilta’ li jissagrifikaw kollox, anke ministeri ohra fil-Parrocca, biex jaghtu kura pastorali lil dawk li jkunu afdati f’idejhom; u li l-haxix u l-ilma li noffrilhom jiena jigihom tajjeb! Il-Leader ukoll imsejjah biex jitma’ l-merhla ckejkna afdata f’idejh, Izda mill-ikel li naghtih jien, jigifieri f’komunjoni mieghi bhala r-Raghaj tal-Parrocca.

Hija hasra li ssib Kappillani li, ghax huma okkupati sa ruh snienhom b’xoghol amministrattiv u organizzattiv iehor, icedu din l-ewwel responsabbilta’ taghhom lil persuni ohra inqas ippreparati minnhom, u kultant persuni li huma estraneji ghall-Komunita’ Parrokkjali taghhom.  Hija hasra li mbaghad issib lil dawn l-istess Kappillan jgergru ghax il-komunita’ taghhom pjuttost qisha gabra ta’ hafna mriehel kulhadd jaqdef ghal rasu u hadd ma jaf ‘il fejn hu sejjer!

Hija hasra li Kappillani bhal dawn ma jindunawx li din hija wahda mir-ragunijiet aghla mbaghad ma jsibux min lest li jaqsam ir-responsabbilita’ pastorali taghhom fl-evangelizzazzjoni u fil-bini tal-Familja Parrokkjali.

c) Dixxiplu b’Rasu fuq Sider Gesu’ Kontinwament

Parrocca Evangelizzata mhux manager tehtieg, lanqas amministratur jew organizzatur.  Parrocca Evangelizzata tehtieg xi hadd li r-rabta tieghu ma’ Gesu’ Kristu tkun simili ghal dik ir-rabta li Gesu’ kellu ma’ Missieru, skond l-Evangelju ta’ San Gwann, id-dixxiplu l-mahbub Tieghu. “Jiena r-raghaj it-tajjeb” (Gwanni 10:11).  Il-Kappillan jista’ jaqdi din il-missjoni ta’ Raghaj, il-missjoni pastorali, daqskemm ikun maghqud ma’ Gesu’.  Fil-parabbola tad-Dielja, Gesu’ qalilna “ghax minghajri ma tistghu taghmlu xejn”. (Gwanni 15:5)  U jekk dan jghodd ghal kull Nisrani, ghal kull ministeru li jkun imsejjah jaqdi kull Nisrani, kemm aktar jghodd ghall-ministeru tal-Kappillan.

F’Parrocca Evangelizzata irid jispikka l-ministeru tal-kelma fil-Kappillan.  Aktar ma n-nies jiltaqghu ma’ Gesu’ Kristu b’mod personali, aktar ma jkunu sfidati jinfethu ghall-Ispirtu ta’ Kristu fil-hajja personali taghhom, aktar se jqum  l-ghatx ghall-Kelma fihom  Forsi ghalhekk huwa riskjus tilghab ma’ din in-nicca!  Ghax darba tqabbadha ma titfihiex, u meta tiehu ikollok taddatta ruhek ghat-tibdil mhux zghir li ggib.  Izda m’hemx ghazla ohra!  Jekk Kappillan ma jistimolax l-evangelizzazzjoni gdida xi triq ohra ghandu?  Worth it jaqdi ministeru li ma jhalli l-ebda frott, u frott ta’ qdusija u komunjoni m’Alla, l-ewwel u qabel kollox, u ma’ l-ohrajn!?  Worth it is-sagrificcji u c-cahdiet kollha li jaghmel biex fl-ahhar issib li bl-attivitajiet kollha tieghu kien qisu qed jonfoh buzzieqa li, meta tinfaqa’, ma jibqa’ xejn minnha?

Il-Kappillan irid ikun bniedem ta’ talb.  Iva, komtemplattiv, jekk b’kontemplazzjoni manifhmux biss dik il-fazi gholja fil-progress tal-hajja tat-talb; jekk b’kontemplazzjoni ma nifhmux biss l-istat specjali ta’ certi nies li jircievu xi vokazzjoni partikulari fil-Knisja.  Kappillan b’ministeru qawwi t’evangelizzazzjoni  u tal-Kelma jehtieg ikun l-ewwel u qabel kollox, mhux studjuz, imma kontemplattiv.  Ma ninsewx meta, fl-ewwel zminijiet tal-Knisja – Iz-zminijiet li tawna is-Santi Padri -, it-teologija kienet tohrog frott it-talb u mhux it-taqlib tal-kotba, meta t-teologija kienet tinhadem fuq l-irkoptejn f’xi Oratorju u mhux bil-qeghda fil-librerija!

Biex Kappillan ikun jista’ jitma l-merhla bil-kelma, irid iqatta’ hafna hin jaqra’ l-Kelma huwa stess:  jaqraha, jixtraha, jikkontemplaha.  Jiehu z-zmien beix jisma’ l-Kelma fil-Bibba li taghtih dawl biex jisma’ l-Kelma wkoll fil-grajjiet li tghaddi minnhom il-merhla tieghu  Huwa dan il-hin ta’ meditazzjoni, adorazzjoni u kontemplazzjoni li jrid jghin il-Kappillan jiddixerni l-post ezatt fejn waslet il-Komunita’ tieghu fil-mixja taghha lejn Gerusalem, fejn trid taghti hajjitha biex tkun strument t’evangelizzazzjoni li ma tafx b’limiti ta’ teritorju, ta’ parrokkjalizmu u ta’ nazzjonalizmu.  Huwa dan li nifhem b’kontemplazzjoni: il-kapacita li thoss it-tahbita tal-qalb t’Alla, il-presenza attiva Tieghu, aaaanke, anzi b’mod specjali, meta tkun infurrata bil-gisem dghajjef li jkun imdawwar b’arja ta’ theddid, ta’ hazen, ta’ qerda u ta’ mewt!  Il-Kappillan irid ikun bhal San Gwann, id-dixxiplu l-Mahbub, dak li tana dik il-meditazzjoni tant profonda u sabiha tar-Raghaj it-Tajjeb fil-Kapitlu 10, li l-ikona tieghu iggibu b’rasu mistrieha fuq sider Gesu’.

Trid issib il-hin! Trid tkun Kappillam f’Malta llum biex tkun taf il-pressjoni ta’ xoghol jghix fiha!  Jiena, li kelli diversi esperjenzi nkun ma’ Kappillani barra minn Malta, nista’ nara d-differenza kbira.  Il-hajja tal-Kappillan Malti hija hoecktic hafna.  Pero’, din mhix xi haga li tridha l-Knisja  Xi kultant nikkwotaw il-Koncilju Vatikan II fejn qalilna li s-sacerdot djocesan jitqaddes bil-ministeru pastorali tieghu.  Izda xi kultant ingibuha skuza biex ma nitolbux, jew biex naharbu t-talb li jaf ikun bicca xoghol iebsa u mhux daqshekk konsolanti daqs l-attivita’ pastorali.  Huwa ghalhekk, allura, li nehtiegu ministeru gdid jekk irridu naslu ghal Parrocca gdida, Parrocca Evangelizzata!

Il-poplu taghna huwa edukat hazin.. ahna edukajnieh hazin.  Mill-Kappillan jippretendi kollox.  U l-Kappillan ihossu kburi meta n-nies iqabbluh ma’ professjonisti ohra jew mad-dipartimenti tal-Gvern u jfahhruh ghax huwa jaqdihom minghajr appuntamenti, barra mill-Ufficcju jew il-klinika! U bla hlas!!  Izda meta ahna ndherru n-nies jippretendu kollox minn ghandna, m’ghandniex inlumuhom meta ma jiffittxuniex ghal dak li ahna biss nistghu naghtuhom, dak li jmissna nippreokkupaw ruhna bis-serjeta’ li naghtuhom, u dak li johdilna hafna hin biex inkunu nistghu nipproducuh!

L-evangelizzazzjoni gdida hija edukazzjoni gdida u l-frott taghha trid tkun li l-Kappillan isib postu bhala d-dixxiplu b’rasu fuq sider Gesu’ kontinwament.

d) Ministru li Jiggenera u Jarmonizza Kwantita’ ta’ Ministeri

Aktar ma l-membri tal-Parrocca jkunu evangelizzati, jew ri-evangelizzati, aktar se jassumu r-responsabbilta’ tal-Maghmudija taghhom.  Aktar ma jkun hemm Parruccani li jinfethu ghall-azzjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu fil-hajja taghhom, aktar se jkun hemm membri hajjin fil-Gisem Mistiku ta’ Kristu.  Aktar ma jkun hemm membri li jaghrfu l-karizma taghhom fil-Knisja, aktar se jkollok membri attivi fil-Familja Parokkjali. Aktar ma jkollok Insara ffurmati fi spirtu ta’ servizz aktar se jimultiplikaw il-ministeri fil-Komunita’ Parrokkjali!

Veru li s-sacerdoti qed jonqsu.  Veru li fi zmien 10 snin  fil-maggor parti tal-Parrocci Maltin ma jkunx hemm aktar mill-Kappillan wahdu.  Izda veru wkoll li kapacI nkunu hafna aktar hajjin u attivi li kellu l-“ggant rieqed” iqum.  Illum, hekk  jikkonsidrawh il-lajkat: ggant rieqed!  Miljun lajk ma jaghmlux sacerdot wiehed.  Sakemm nibqghu nharsu lejn is-sacerdot bhala amministratur “organizzatur”, allura trid hafna minnhom biex timmaniggja kwantita’ kbira ta’ lajci. Izda, jekk nibdew inharsu lejn is-sacerdot bhala raghaj, allura m’ghandux ghalfejn ikollok aktar minn wiehed anke ghal merhla kbira hafna. Darba smajt lil Don  PiGi jghid li r-raguni aghla hafna sacerdoti jghaddu minn krizi u jhossuhom frustrati fil-ministeru taghhom, hija ghaliex ma jkollhomx l-opportunita’, jew ma jassumux ir-responsabbilta’, li jirghu merhla, jigifieri li jkunu responsabbli mill-bini u l-Izvilupp ta’ Komunita’!

Bis-sacerdozju komuni taghhom, li johrog mill-Maghmudija, il-lajcI huma msejhin biex jiehdu sehem mill-missjoni ta’ Kristu, mhux biss minn dik profetika t’evangelizzazzjoni, mhux biss sacerdotatli t’intercessjoni, imma wkoll minn dik pastorali ta’ kura ta’ l’oikos taghhom.  Naturalment, dan jaghmluh f’komunjoni bejniethom u mal-Knisja kollha fil-persuna ta’ l-Isqof u r-rapprezentant tieghu f’dak il-lokal partikulari, li ahna nsejhulu Parrocca, jigifieri mal-Kappillan.

Hawnhekk ukoll ghandna raguni ohra ghall-htiega ta’ ministeru gdid.  F’Parrocca Evangelizzata hemm bzonn li l-Kappillan jaqdi ministeru partikulari.  Il-ministeru tal-Kappillan irid ikun wiehed li kapacI jippromovi u jiggenera kwantita’ dejjem akbar ta’ ministeri fil-komunita’ Parrokkjali tieghu.  Kappillan li jrid jibqa’ jkun il-fac totum u jrid jibqa’ jaghmel kollox hu, ghadu ma fehemx x’inhi l-Knisja, x’jigifieri l-Gisem Mistiku ta’ Kristu.  Kappillan bhal dan ixelkel l-Ispirtu u huwa l-akbar ostakolu ghal Parrocca Evangelizzata.

Kappillan li jhobb il-merhla tieghu m’ghandux jibza’ jerhi u jcedi hafna affarijiet li kapaci jaghmel hu, u tant tajjeb, biex jibdew jaghmluhom il-lajci.  Ghal kuntrarju, haga bhal din ghandha tkun ghalih ghajn ta’ sodisfazzjon pastorali ghax jara l-merhla tieghu tismen u tipproduci kwantita’ kbira ta’ halib frisk u bnin!  Il-Kappillan m’ghandux jibza’ li se jitlef postu fil-Parrocca jekk ikun hemm hafna lajci responsabbli u attivi.  Lanqas m’ghandu ghalfejn jidhol fi krizi ta’ sigurta’ ghax jahseb li mhux se jibqa’ l-aktar persuna mportanti fil-Parrocca!  Ghal kuntrarju!  F’Parrocca fejn il-Kappillan irid jaghmel kollox hu, fejn iI-ministeru tieghu huwa predominantement amministrattiv u organizzativ, il-Kappillan jibda jhossu uzat, mahbub ghas-servizz li qed jaghti u sakemm jaghtih, u dejjem fi stat ta’ ghejja u ezawriment.  Izda f’Parrocca fejn il-Kappillan jirrispetta l-lajci ta’ dak li huma u jinkoraggihom ikunu, mhux biss kollaboratur tieghu, imma wkoll koresponsabbli mieghu, il-Kappillan jibda jhossu mahbub u accettat ghal dak li hu u mfittex biex ikun dak li hu biss jista’ jkun:  ir-raghaj li jzomm in-naghag kollha f’merhla wahda!

Aktar ma jkun hemm ministeri, fil-kwantita’ u fil-kwalita’, aktar isir necessarju dak il-ministeru uniku partikulari.  Aktar ma l-Kappillan jaqsam hafna mir-responsabbiltajiet tieghu aktar ikun hemm bzonn li l-Kappillan ikun dak li suppost ikun: raghaj!  Fir-ras ta’ komunita’, ta’ Parrocca, ma jistax ikun hemm aktar minn wiehed.  Vapur b’zewg kaptanti jeghreq, ahseb u ara b’iktar!  Pero’ dan, m’ghandux ghalfejn ikun la tirann u lanqas dittatur.  F’Parrocca Evangelizzata m’hemmx lok ghal xi hadd li jahdem ghal rasu, jew ghal xi grupp jew cellola li tinqata’ ghaliha.  Min jaghmel hekk m’ghandux bzonn id-dixxiplina tal-Kappillan. Min jaghmel hekk wahdu jinxef u jmut!  Il-figura tal-Kappillan tibqa’ dik tar-Raghaj it-Tajjeb, kollu mhabba, hniena u moghdrija ghal kull naghga, specjalment ghal dik in-naghga li tkun marida.  Anke jekk din tinqata’, jibqa’ jigri warajha u jistenniha bis-sabar minghajr ma jaqta’ qalbu mill-Hniena Infinita t’Alla li meta trid tmiss lil kulhadd u taghti l-grazzja tal-konverzjoni.

F’Parrocca Evangelizzata, il-Kappillan huwa l-evangelizzatur ewlieni. L-ufficcju tieghu huwa l-ewwel u qabel kollox ministeru, servizz  li hu jaqdi b’imhabba kbira bhalma huwa msejjah kulhadd li jaghmel b’modi differenti. F’Parrocca Evangelizzata, ikun jaqbel lill-Komunita’ kollha li kulhadd igorr il-pis li jiftah biex il-Kappillan jaghti l-ewwel post lit-talb fil-hajja tieghu, cioe’ li jkun maghqad ma’ Gesu’: l-Evangelizzatur Ewlieni u r-Raghaj it-Tajjeb.

(Artiklu ppubblikat fil-Harga 60 ta’ Knisja 2000, fis-sena 2002)

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates:

Now you can ffind and see:

Now you can ffind and see: Update Picture of the Perpetual Eucharistic Adoration Latest Photos Countries of English Speaking Africa. Lectio Divina for this week.