23:33 When they came to the place that is called The Skull, they crucified Jesus there with the criminals, one on his right and one on his left.
23:34 Then Jesus said, “Father, forgive them; for they do not know what they are doing.” And they cast lots to divide his clothing.
23:35 And the people stood by, watching; but the leaders scoffed at him, saying, “He saved others; let him save himself if he is the Messiah of God, his chosen one!”
23:36 The soldiers also mocked him, coming up and offering him sour wine,
23:37 and saying, “If you are the King of the Jews, save yourself!”
23:38 There was also an inscription over him, “This is the King of the Jews.”
23:39 One of the criminals who were hanged there kept deriding him and saying, “Are you not the Messiah? Save yourself and us!”
23:40 But the other rebuked him, saying, “Do you not fear God, since you are under the same sentence of condemnation?
23:41 And we indeed have been condemned justly, for we are getting what we deserve for our deeds, but this man has done nothing wrong.”
23:42 Then he said, “Jesus, remember me when you come into your kingdom.”
23:43 He replied, “Truly I tell you, today you will be with me in Paradise.” |
Dettalji u punti nteressanti:
Fl-aħħar Ħdud tas-snin liturġiċi, f’ċiklu ta’ tlett sinn, il-Knisja tippreżentalna ‘l–Kristu Sultan, u tagħmilha ċara li din it-tema simbolika, hija tistedinna biex napprezzaw aktar fil-fond ir-role ta’ Ġesu’ fil-pjanijiet t’Alla.
Il-Ħadd li ġej huwa l-aħħar Ħadd tas-sena Liturġika ‘ċ’. B’hekk inkunu spiċċajna iċ-ċiklu ta’ tlett snin ta’ qari mit-Tesment l-Antik u t-Testment il-Ġdid. Il-Ħadd ta’ wara nerġgħu nibdew iċ-ċiklu tas-sena Liturġika ‘A’ bl-ewwel Ħadd tal-Avvent.
Din il-festa ta’ Kristu Re kienet tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, imma minn xi żmien iktar riċenti, din iċċaqalqet iktar lura għall-aħħar Ħadd tas-sena tal-Knisja.
Il-qari għall-festa tal-lum mhuwiex id-daħla trionfali ta’ Ġesu’ f’Ġerusalem, fejn ġie milqugh bħala Sultan. Il-passaġġ tal-lum iservi bħala indikazzjoni li s-Saltna ta’ Ġesu’ hija waħda ta’ mħabba u sagrifiċċju, mhix ta’ potenza u dominazzjoni.
‘Salva lilek innifsek’ l-isfida mill-għedewwa ta’ Ġesu’ terġa’ tidwi it-tentazzjoni tax-xitan (fil-bidu tal-missjoni tiegħu). Fiż-żewġ każi, Ġesu’ huwa mġigħal biex jisfida l-mewt u jevita’. Imma fiż-żewġ każi, Ġesu’ huwa rebbieħ.
F’kuntrast kbir għal dak li kien qed jiġri fuq il-Golgotha, San Luqa jipprovdilna konversazzjoni li ssaħħrek bejn Ġesu’ u wieħed kriminali. Hu l-uniku evanġelista li jirrakkonta din il-ġrajja li bidlet ħajjet dan ir-raġel.
Interessanti wkoll huwa li fil-vanġelju ta’ San Luqa, il-‘ħalliel it-tajjeb’ huwa l-aħħar persuna li Ġesu’ tkellem miegħu qabel ma miet.
Matul l-istorja tal-umanita’. Eluf u miljuni ta’ sudditi mietu għar-rejiet tagħhom, imma Ġesu’ huwa r-Re, li miet għalina u għall-popli kollha. Huwa aċċetta il-mewt tas-salib bħala turija tal-ubbidjenza perfetta lejn il-Alla l-Missier.
‘’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’’
34 ĦADD MATUL IS-SENA C
2SAMWEL 5: 1-3; KOL 1: 12-20;
LUQA 23:35-43
ĠESU’ KRISTU SULTAN UNIVERSALI
F’dan il- Ħadd li ġej se jkun l-34 Ħadd tas-sena u l-aħħar Ħadd tas-sena liturġika. Għal dawn l-aħħar 52 Ħdud, minn l-ewwel Ħadd tal-Avvent tas-sena l-oħra, konna qed nisimgħu il-Kelma ta’ Alla speċjalment il-Kelma li hi Ġesu’ stess fil-Vanġelu. Smajna, immeditajna u tgħallimna kif se ngħarfu lil Ġesu’, b’liema mod inħobbuh u nimxu warajh. Imma issa fadal tema konstanti – dik ta’ Ġesu’ il-Mulej u Sultan tagħna, bħala ċ-ċentru tal-ħajja kollha tagħna. L-iskop li jkollna dan il-qari kollu mill-Iskrittura, kien biex jgħinna nifhmu iktar fil-fond min hu Ġesu’ il-Mulej tagħna. Il-kelma ta’ Alla li hija verament is-sosteniment (l-għixien) essenzjali għall-ħajja nisranija tagħna. Hija wkoll il- Ħobż tal-Ħajja.
X’tip ta-sultan hu Ġesu’? Għandna xeħta li nassoċċjaw ir-rejiet jew slaten ma’ xi potenza jew qawwa u l-prestiġju, man-nobbli mit-twelid, u mal-għana. Dawn suppost li jgħixu fil-palazzi kbar u lussużi. Fil-fatt, hemm żewġ stampi kontrastanti ta’ Ġesu’ bħala Re fil-qari tal-lum. Għandna l-istampa trionfali fit-tieni qari mill-Ittra lill-Kolossin: “Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art. Kollox bih u għalih kien maħluq, hu, li hu qabel kollox. Hu r-Ras tal-ġisem, li hu l-Knisja. Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha; jerġa’ jħabbeb kollox miegħu, bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, Ġieb is-sliem permezz tieħ]u fis-sema u fl-art.”
U f’dawn l-aħħar kelmiet ta’ din l-Ittra, hemm ir-rabta mal-passaġġ tal-Evanġelju minn Luqa. Hawn għandna stampa totalment differenti. Din qed tipperżentalna bniedem li jiġi kkundannat b’għajb u b-diżunur kbir, imbiċċer fuq salib f’wieħed mill-ikbar kastig krudil u degradanti li qatt sar. Fuq rasu hemm il-kliem: “Dan hu s-Sultan tal-Lhud.”
Din mhix l-istampa eżatta ta’ Ġesu’ li aħna s-soltu noħolmu fuqu meta nħarsu lejh bħala Re. X’aktarx li aħna nippreferu dawk l-istampi trionfali, fejn Ġesu’ jkun imlibbes xi kuruna u ħwejjeġ lussuzi, b’xetru f’idejh hekk kif iħares l-isfel b’mod ħanin u ħelu lejna. Il-Knisja għażlet stampa differenti għall-festa tal-lum. Jekk naqrawha sewwa u nippruvaw nirrikrejaw ix-xena, tista’ tkun li tħawwadna jew tfixkilna xi ftit. Imma din trid tgħinna nqumu ftit mill-aljenazzjoni tagħna u nsiru iktar konxji ta’ kif Ġesu’ ried ikun is-Sultan tagħna u x’jistenna mis-sudditi tiegħu.
Jekk Ġesu’ huwa ir-Re tagħna, forsi nsaqsu, fejn huma s-sudditi tiegħu? Fejn huma l-ministri tiegħu? Fejn huma l-aristokratiċi tiegħu? Fejn hu l-palazz tiegħu?. Minnflok, qed naraw din l-għolja diżolata – tal-biki, barra minn Ġerusalem. Huwa post ta’ eżekuzzjoni għall-agħar nies kriminali. Ebda dixxiplu ma tara. Luqa ma jsemmi l-ħadd, la ħbieb, lanqas nisa ħdejn is-salib. Dawk kollha li kienu jafu lil Ġesu’ personalment, inklużi n-nisa li mxew warajh mill-Galilea waqfu l-bogħod biex jaraw x’qed jiġri. L-uniku kumpanija li kellu kienu żewġ ħallelin msallbin miegħu u folla tgħajjat: “Jekk inti s-Sultan tal-Lhud salva lilek innifsek”.
U madankollu, hawn preċiżament, Ġesu’ kien fl-aqwa tar-renju tiegħu. U din hija tal-ikbar importanza kif nistgħu naraw din il-ħaġa. Lil Ġesu’ kont issibu qalb il-foqra u l-imwarrbin. “Jien ġejt biex intom ikollkom il-ħajja u l-ħajja bil-kotra”. Biex tana din il-ħajja, issagrifika’ ħajtu. Il-qawwa tiegħu hi preċiżament fil-kapaċita’ li jħalli ħajtu stess għall-oħrajn, li ftit minna jista’ jkollna.
Il-mexxejja tal-komunita’ li kienu wieqfa hemm fejn is-salib iżebilħuh, din il-ħaġa ma rawhiex. L-uniku wieħed li għarafha, ironikament huwa wieħed mill-imsallbin miegħu – wieħed kriminal. Qallu: “Ġesu’, ftakar fija meta tkun fis-Saltna tiegħek’. Ħadha bis-serjeta’ dik il-kitba li kien hemm fuq is-salib bit-tlett lingwi: “Dan huwa s-Sultan tal-Lhud”. U dan huwa sultan li ma jiġix indirizzat ‘Il-Majesta Tiegħu’. Jista’ jissejjaħ b’mod familjari b’isem, Ġesu’. It-tweġiba hija mmedjata: “Il-lum stess tkun il- Ġenna miegħi”. Min, jekk mhux Sultan jew Re, seta’ jagħmel wegħda bħal din, u lill-persuna bħal dik (ħalliel)?
L-oħrajn preżenti għalqu għajnejhom u ddieħku bih: “Salva lil-oħrajn, u ma salvax lilu nnifsu.” Ma femhux it-tifsira ta’ kliemu meta qal li dawk biss li huma ppreparati li jitilfu ħajjithom għad isibuha, u jekk il-qamħa ma taqax fl-art u tmut, din ma tagħmilx frott. Imma jekk taqa’ fl-art, tikber u titrasforma ruħha u tagħmel ħafna frott. Din hija l-qawwa ta’ Ġesu’ is-Sultan, il-qawwa tiegħu li jagħti l-ħajja lill-oħrajn. U aħna msejjħin biex nimxu warajh u nagħmlu l-istess. Dan hu kif aħna nkunu vera sudditi tiegħu.
Imma dan x’sultan ikun għalina, jekk aħna ma nħobbuhx, jekk ma nservuhx, jekk aħna ma nimxux warajh? X’sultan ikun jekk aħna ma nkunux sudditi seġwaċi veru tiegħu? x’sultan ikun jekk aħna ma nidentifikawx ruħna b’mod attiv ma’ l-għanijiet tiegħu, il-miri tiegħu, il-viżjoni tiegħu. Aħna nissieħbu fis-saltna tiegħu mhux għax aħna mgħammdin, jew għax inġorru t-tikketta ta’ Kristjani jew Kattoliċi, lanqas għaliex ninvolvu ruħna f’ħafna attivitajiet reliġjużi.
Nistgħu ngħidu li nkunu parti minn din is-Saltna: meta nippruvaw nimxu l-mixja miegħu, meta nippruvaw ngħixu ħajjitna fl-ispirtu tal-Vanġelu, meta dak l-ispirtu tal-Vanġelu jippenetra f’kull parti tal-ħajja tagħna.
Bħala Re, Ġesu’ għandu saltna, is-Saltna li l-miġja tiegħu, aħna nitolbuha kull darba li ngħidu t-talba tal-‘Missierna’. Hija Saltna imfissra sewwa fil-prefazzju għat-talba Ewkaristika tal-liturġija tal-lum: “Is-Saltna fuq kollox u għal dejjem, Saltna ta’ verita’ u ħajja, saltna ta’ qdusija u grazzja, saltna ta’ ġustiżżja, imħabba u sliem”.
Il-ħaġa li tagħġbek hi, li aħna m’aħniex biss sudditi tas-Sultan u s-Saltna tiegħu, imma aħna wkoll l-imsieħba tiegħu fit-tfassil ta’ din is-Saltna. Fit-tieni qari naraw li filwaqt li hu r-Ras, aħna l-ġisem. Ifisser li bħala parti mill-ġisem ta’ Ġesu’, aħna għandna sehem fil-qawwa tas-Saltna tiegħu u s-Saċerdozju tiegħu u hekk fir-responsabiltajiet li ġġib magħha din is-Saltna.
F’Ġesu’, kif jgħid it-tieni qari, “aħna nirċievu l-ħelsien, il-maħfra, rikonċiljazzjoni u għaqda sħiħa miegħu. Imma miegħu ukoll, irridu naħdmu biex jerġa’ jħabbeb kollox miegħu u għalih”. Miegħu u permezz tiegħu, irridu nġibu dik il-paċi li hu inawgura’ bil-mewt tiegħu fuq is-salib. Għandna triq twila x’nimxu qabel mas-Saltna, f’dan is-sens, issir realta’. Hemm ħafna x’irridu nsewwu, hemm ħafna ħidma għall-paċi, għall-verita’, ġustizzja u mħabba.
Nappartjenu is-Saltna tiegħu meta, bħalu nkunu lħaqna dak il-livell ta’ ħelsien u ninħallu minn dak li jista’ jorbotna. Ukoll dak ta’ ħajjitna stess, fit-taqbida biex nagħmlu dinja ta’ ħustizzja, ta’ mħabba u ta’ verita’. Il-festa tal-lum hija kemm sfida u kemm opportunita’ għalina biex inkunu konxji iktar għas-sejħa tagħna biex insiru verament sudditi u msieħba ta’ Ġesu’ is-Sultan tagħna. Hija taqbida biex tgħinna nagħmlu vera t-talba li ta’ spiss ngħidu: “Tiġi Saltnatek ikun dak lit rid int kif fis-sema u hekkda fl-art”.
=======================
Kull wieed u waħda minna jrid jistaqsi: Min qed isaltan ġo fija?
Min qed jiddeċiedi l-għanijiet ta’ ħajti? Kristu jew xi ħadd jew xi ħaġa oħra?
Ġesu’ tana s-Saltna bħala wirt biex inwettquh, Kif se nwettqu dan il-wirt?
Ara wkoll: 2Samwel 5: 1-3, “Hawn aħna, għadmek u laħmek aħna”.
Kol. 1: 12-20, Ġesu’ Kristu, il-milja tad-divinita’ u tal-umanita’.
Aqra s-Salm 122: u immedita’ fuqu.