Go and tell what you hear and see.


Matthew 11:2-11

New International Version
11:2 When John heard in prison what the Messiah was doing, he sent word by his disciples

11:3 and said to him, “Are you the one who is to come, or are we to wait for another?”

11:4 Jesus answered them, “Go and tell John what you hear and see:

11:5 the blind receive their sight, the lame walk, the lepers are cleansed, the deaf hear, the dead are raised, and the poor have good news brought to them.

11:6 And blessed is anyone who takes no offense at me.”

11:7 As they went away, Jesus began to speak to the crowds about John: “What did you go out into the wilderness to look at? A reed shaken by the wind?

11:8 What then did you go out to see? Someone dressed in soft robes? Look, those who wear soft robes are in royal palaces.

11:9 What then did you go out to see? A prophet? Yes, I tell you, and more than a prophet.

11:10 This is the one about whom it is written, ‘See, I am sending my messenger ahead of you, who will prepare your way before you.’

11:11 Truly I tell you, among those born of women no one has arisen greater than John the Baptist; yet the least in the kingdom of heaven is greater than he.”

Please make sure you read the notes before you join our prayer
Open this page for some helpful questions that may guide you pray the Lectio Divina

One Response to “Go and tell what you hear and see.”

  1. Gejtu Farrugia says:

    Dettalji Interessanti:
     Bdejna sena liturġika’ ġdida is-Sena ‘A’. Din is-sena ser nisimgħu il-Vanġelju skont San Mattew u dan jurina l-Gesu’ bhala mghallem li jwettaq il-profeziji ta’ l-Antik Testment u jipproklama “Is-Saltna tas-Smewwiet”.

     Dan it-tielet Ħadd kien jissejjaħ “Gaudete Sunday” – “Ħadd il-Ferħ”. Gaudate: kelma Latina li tfisser Ferħ “Rejoice”.
     Qabel, u hawn min jiftakar, l-Avvent kien żmien ta’ penitenza iktar strett. Matul l-ewwel tlett ijiem tat-Tielet Ħadd, kienu jiem ta’ sawm u astinenza. Madankollu, dan il- Ħadd kien maħsub biex nagħmlu waqfa ta’ mistrieħ li jfakkarna fuq iċ-ċelebrazzjoni li kellha tiġi dalwaqt. Bħala simbolu ta’ dan, l-ilbies vjola penitenzjali kien ikun jagħti iktar fil- kulur roża. (Ħadd simili insibuh f’nofs ir-Randan.)
     Ġwanni l-Battista huwa differenti ħafna mill-profeti l-oħra u dan huwa l-punt prinċipali. X’jagħmel lil Ġwanni daqshekk differenti, biex jemfasizza l-punt li ma’ kien hemm ħadd akbar minn Ġwanni, hu, li huwa pprepara it-triq għall-Mulej. Dan ifisser, li l-Mulej u dawk li jimxu warajh huma akbar.
     Ġwanni kien jaf li Ġesu’ kien dak li kellu jiġi, imma kien għadu ma fehemx għal kollox. L-ewwel stagħġeb kif Ġesu’ ried jitgħammed minnu, issa stagħġeb kif Ġesu’ m’għamel xejn sinjifikanti – li jagħti l-impressjoni li se jeqred il-ħażen u jeħles lil dawk li kienu oppressati.
     “Il-Bxara t-Tajba titħabbar lill-fqar” din hija l-aħħar ħaġa u l-‘climax’, l-eku ta’ dak li naqraw f’Mattew stess f’Kap. 5: 3, ‘il-Beatitudnijiet’.
     Li tiffavorixxi lill-fqar dejjem kienet kontra l-kultura ta’ dak iż-żmien, u forsi ma kienx dak li kienu qed jistennew in-nies dwar is-salvatur. Għalhekk: “Hieni hu min ma jitfixklix minħabba fija!”
     Il-punt prinċipali: Ġwanni hu l-akbar fost il-profeti. Kienet diffiċli għan-nies li jemmnu li wieħed minnhom seta’ kien akbar minn Abraham, Mose’, David etc. Hija possibli, għaliex hu pprepara għal miġja ta’ Ġesu’. Għalhekk, naturalment, in-nies li Ġesu’ bierek, għad ikunu akbar. Min huma dawn in-nies? Huma ‘l-fqar, għaliex Ġesu’ppriedkalhom l-‘Aħbar it-Tajba.’ Ġesu’ jaqleb id-dinja ta’ taħt fuq. Mhux għaġeb li Ġwanni ma’ setax jifhem kollox.

    ////////////// //////////////// //////////////////// //////////////////// ///////////////////

    IT-TIELET ĦADD TAL-AVVENT – SENA ‘A’ Kristu hu l-Aħbar it-Tajba – Nifirħu:
    Isaija 35: 1-6; Ġakbu 5: 7-10; Mattew 11: 2-11.
    Il-qari tal-quddies tal-Ħadd li ġej hu kollu mimli ferħ, speċjalment l-Antifona tad-dħul, it-talba tal-bidu u l-ewwel qari. “Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom ifirħu. Il-Mulej qorob.” U t-Talba tal-bidu (Kolleta) tgħidilna li aħna “li qed nistennew bil-ħerqa it-twelid ta’ Kristu b’fedelta’ kbira, nesperjenzaw il-ferħ tas-salvazzjoni u b’qalb ferħana niċċelebraw dejjem b’solennita’ qaddisa.” Ukoll, fl-ewwel qari, fejn il-profeta, b’entużjażmu u b’ferħ kbir jgħidilna: “ Ħa jifirħu d-deżert u l-art niexfa, ħa tithenna u twarrad l-art xagħrija, bħar-ranġis twarrad bil-kotra, taqbeż u tgħanni bil-ferħ.” Għaliex? Ir-raġuni għal dan kollu għax: “Huma għad jaraw is-sebħ tal-Mulej u l-ġmiel ta’ Alla tagħna.” U dan, sempliċiment, għax inkunu nistgħu narawh? Le, għax il-kliem “Araw il-Mulej ġej…….Hu ġej biex isalvana!”
    U s-salvazzjoni tfisser li ġġib il-fejqan, is-sħuħija (totalita’), u l-qdusija, hekk kif nersqu iktar viċin u magħqudin miegħu. Dan il-fejqan, din is-sħuħija, il-qdusija hija mfissra b’mod grafiku: “Imbagħad għajnejn l-għomja jaraw, il-widnejn torox jinfetħu, imbagħad iz-zopp jaqbeż bħaċ-ċerv, u l-ilsien l-imbikkem igħajjat bil-ferħ…” Dan il-kliem, kif se naraw iktar l-isfel, japplika b’mod ċar lil Ġesu’ li ġab il-fejqan f’ħafna ħajjiet tan-nies. Madankollu, l-fejqan, ma nistgħux norbtuh biss mal-fejqan fiżiku. Irridu ninkludu wkoll il-fejqan fuq il-livell emozzjonali, soċjali u spiritwali.
    Dan kollu huwa marbut mal-Vanġelu tal-lum. Insibu lilna nfusna fil-Vanġelu ta’ San Mattew, propju fiċ-ċentru tal-ministeru ta’ Ġesu’. Ġwanni kien diġa’ arrestat. Hu kien akkuża lil Erodi li kien qed jagħmel ħaġa mmorali għall-fatt li kien qed jgħix mal-mara ta’ ħuh meta dan kien għadu ħaj. Mill-ħabs, Ġwanni sama’ bl-egħmejjel ta’ Ġesu’ u bagħat lid-dixxipli tiegħu biex jistaqsu lil Ġesu’: “Inti dak li kellu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Ma nafux għaliex Ġwanni għamel dik il-mistoqsija. Wara kollox Ġwanni kien diġa’ pproklama lil Ġesu’ fix-xmara Gordan, u kien stqarr li ma kienx jistħoqqlu jħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu – “dak li kellu jiġi” huwa bla dubju, dak li kien ilu mistenni – Il-Messija.
    Hawnhekk għandna tweġiba indiretta. Kif wieġeb Ġesu’? Bħalma jiġri spiss, Ġesu’ ma jirrispondix direttament għall-mistoqsija, imma ghawnhekk jikkwota lil profeta Isaija, juża’ l-passaġġ li hemm fl-ewwel qari: “L-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, l-imġiddmin ifiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, u l-Bxara t-Tajba titħabbar lill-foqra.” Din tiddeskrivi eżatt dak li Ġesu’ kien jagħmel. U din ukoll taqbel eżatt ma’ dak li qal Isaija dwar iż-żmien tal-Messija. Ġesu’ b’effett t’hekk qed jgħid: Iva, Jien hu dak li għandu jiġi. Jien il-Messija, il-Kristu, is-Salvatur. Filwaqt li l-Vanġelu jitkellem fuq il-Messija li diġa’ hawn, aħna bħalissa, f’ċertu sens, għadna nistennew bit-tħejjija għal din l-istennija. Ġesu’ tabilhaqq, huwa diġa’ preżenti u jaħdem permezz tal- Ġisem tiegħu, tal-komunita’ Nisranija –il-Knisja. Imma għad irid jiġi b’mod sħiħ fil-ħajja tagħna.

    Kif tissuġġerixxi it-talba tad-dħul tal-Quddies tal-Ħadd li ġej: għandna bżonn li “nesperjenzaw il-ferħ tas-salvazzjoni” – dik il-qawwa tal-fejqan li Ġesu’ jista’ jġib fil-ħajja tagħna. Din hija xi ħaġa li kull wieħed u waħda minna rridu nagħmlu kemm personalment kif ukoll bħala komunita’. Inħoss li għad hemm ħafna, inklużi Nsara, li għadhom ma esperjenzawx dak il-ferħ veru li ġej mill-qalb u jsiru ħaġa waħda fi Kristu.
    Għal ħafna minna, it-trasformazzjoni li nsiru “Kristu ieħor” tieħu ħafna żmien. Kemm hu sabiħ il-parir ta’ San Ġakbu fit-Tieni Ittra, fejn jgħidilna: “Issabru sa ma jasal il-Mulej. Ara, l-bidwi joqgħod b’sabar kbir jistenna l-frott għażiż ta’ l-art, sa ma jieħu x-xita’ bikrija u mwaħħra. Stabru intom ukoll, qawwu qalbkom, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib.” Ġesu’ ilu hawn fostna. Diġa’ salvana, u aħna qegħdin biss infakkru fil-preparazzjoni għall-ikbar tifkira tal-Milied u tal-Inkarnazzjoni. Imma fejn qegħdin issa huwa il-perjodu ta’ stennija.
    Ġwanni jgħidilna biex nistabru, u ilna nistabru għal elfejn sena. U nkomplu nistabru. Dak li għandna bżonn niftakru u li għandu jsostnina u jsaħħaħna hu, li Ġesu’ Kristu salvana u stabbilixxa is-saltna tas-smewwiet, u li aħna nistgħu nesperjenzaw ftit minn dik is-saltna meta nagħmlu affarijiet li jirriflettu din is-saltna – meta nagħmlu affarijiet għal iktar ġustizzja soċjali, u ngħinu ‘l dawk fil-bżonn.
    Ukoll, San Ġakbu jgħidilna li m’għandniex noqgħodu nħaqquha ma’ xulxin u ngorru għal xulxin, imma irridu neżaminaw il-prioritajiet tagħna nfusna u tal-oħrajn. Irridu nieħdu l-eżempju ta’ Ġwanni hekk kif qegħdin nistennew, Ġwanni li kien ta’ eżempju ta’ tbatija u paċenżja.
    Fil-Vanġelu ta’ San Mattew, mill-ewwel itina xaqq ta’ dawl ta’ x’kienet se tkun it-tema dominanti tat-tagħlim ta’ Ġesu’: ‘Is-Saltna tas-Smewwiet’. U jgħidilna li l-iżgħar wieħed fis-saltna tas-smewwiet huwa ikbar minn Ġwanni l-Battista – dak li Ġesu’ ppreżentah bħala l-ikbar wieħed fost kemm twieldu min-nisa. Ġwanni kien bniedem sod, qawwi u ta’ integrita’. Ma kienx wieħed mill-għonja u famus. Ma kienx xi ‘star’ – ħafna ħsejjes u xejn sustanza . madankollu, ħafna nies marru biex jisimgħuh, oħrajn sfidatati minnu biex ibiddlu ħajjithom radikalment bit-tagħlim tiegħu.
    Aħna għandna l-istess sejħa. Fil-fatt, il-vokazzjoni nisranija tagħna hija simili ghal tiegħu. Aħna msejjħin li nippreparaw it-triq għal Ġesu’ biex jiġi fil-qalb tagħna, u wkoll biex nippreparaw il-qlub tal-oħrajn, biex huma wkoll ikunu jistgħu “jesperjenzaw il-ferħ tas-salvazzjoni”, dak il-fejqan sħiħ li ilna nistennew, dak il-ferħ li hu biss jagħti tifsira vera tal-ħajja tagħna. Il-messaġġ tal-Vanġelu huwa messaġġ soċjali u għalhekk ma nistgħux inħarsu biss lejn ir-reliġjon bħala relazzjoni personali ma’ Alla. Il-Milied huwa żmien ta’ ‘rigali’ – li nagħtu u li nirċievu. Ejjew niżguraw li fost ir-rigali li noffru lil oħrajn, ikun minn dak il-ferħ nisrani li aħna stess nkunu rċevejna.
    Meta nagħmlu hekk, inkunu nistgħu niċċelebraw l-ewwel miġja, fil-Milied, bil-fehema li t-tieni miġja ġġib kollox lejn it-tmiem aħħari, u s-saltna tas-smewwiet tkun realta’ waħda.

    Hija/Ohti, aħna wkoll irridu noqgħodu attenti, għax kemm-il darba jiġu għandna min jgħid li huwa ‘Hu’ jew li huwa ‘tiegħU’?

    U Ġesu’ jista’ jwegibna u jghidilna: Araw x’intom taraw u x’intom tisimgħu, morru, ieqfu ftit, inġabru fikom innfuskom u staqsu:

    Imma ahna fejn qegħdin fit-Triq tal-Mulej? Qegħdin inħejju qalbna biex nilqghuh ‘l dan il-Mulej li gie biex isalvana?

    Temmen fil-kobor tas-Saltna ta’ Gesu’?

    Kif nara il-kobor tas-Saltna ta’ Alla fil-Hajja tieghi?

    Ara Isaija 35: 1-6, 10; Gakbu 5: 7-10; Mattew 5: 1-12

Leave a Reply

December 2024
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031  

Updates:

Now you can ffind and see:

Now you can ffind and see: Update Picture of the Perpetual Eucharistic Adoration Latest Photos Countries of English Speaking Africa. Lectio Divina for this week.