Your faith has made you well.


Luke 17:11-19

New International Version
17:11 On the way to Jerusalem Jesus was going through the region between Samaria and Galilee.

17:12 As he entered a village, ten lepers approached him. Keeping their distance,

17:13 they called out, saying, “Jesus, Master, have mercy on us!”

17:14 When he saw them, he said to them, “Go and show yourselves to the priests.” And as they went, they were made clean.

17:15 Then one of them, when he saw that he was healed, turned back, praising God with a loud voice.

17:16 He prostrated himself at Jesus’ feet and thanked him. And he was a Samaritan.

17:17 Then Jesus asked, “Were not ten made clean? But the other nine, where are they?

17:18 Was none of them found to return and give praise to God except this foreigner?”

17:19 Then he said to him, “Get up and go on your way; your faith has made you well.”

Please make sure you read the notes before you join our prayer
Open this page for some helpful questions that may guide you pray the Lectio Divina

2 Responses to “Your faith has made you well.”

  1. Gejtu Farrugia says:

    The Lord has revealed to the nations his saving power. That is the essence of our faith, and it is the focus of today’s liturgy. Naaman in the first reading and the Samaritan in the Gospel both experience the saving power of God.

    The wonderful deeds of the Lord should bring out several reactions from us.

    The first is gratitude to God, like the cured Samaritan who was the only one to return and give thanks to God.

    The second is worship, like Naaman, who vows: I will no longer offer holocaust or sacrifice to any other god except to the Lord.

    The third is action on behalf of others. May our love for Jesus express itself in our eagerness to do good for others.

    God has blessed us with a wonderful world and filled it with a beautiful family of brothers and sisters. As Christians, we are called to thankful worship of God expressed in care for the modern lepers and blind people of today—the poor, hungry, and homeless, the victims of oppression, the suffering and dying.

    We are to sing to the Lord a new song in a new world where lepers and the blind are welcomed back into society.

    For these, Jesus made the special object of his attention, declaring that the last would be first and that the humble would be exalted in his Father’s kingdom.

    The church finds its true identity when it fully integrates itself with these ‘marginal’ people including those who suffer from physical and psychological disabilities.”

    We need to see that for God there are absoluely no lepers, no outsiders. All are family, all have the same Father, all are his children. We all need to be given by each other the same love that God gives us.

  2. Gejtu Farrugia says:

    Punti Interessanti: Il-fidi tiegħek salvatek – Rodd ħajr lil Alla

     Il-Ġrajja tal-għaxar lebbrużi tinsab biss fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Is-silta tal-lum tibda billi San Luqa jfakkarna fejn kien wasal Ġesu’ fil-vjaġġ lejn Ġerusalem.

     Kien wasal sewwa sew fl-art “bejn is-Samarija u l-Galilija”, fejn iltaqgħu miegħu għaxar lebbrużi, fosthom wieħed Samaritan – l-uniku wieħed li mar jirringrazzja lil Ġesu’. Tgħid tkellem mad-disgħa l-oħra qabel telaq jiġri? L-Evanġelista ma jgħidilniex.

     Il-lebbrużi kienu jgħixu barra mir-raħal għax kienu meqjusa bħala mniġġsa. Huma kienu l-kampjuni tat-twarrib u l-faqar fi żmien Ġesu’. Kienu jemmnu li kien kastig ta’ Alla. Il-Fariżej kienu qalbu liġi ta’ iġjene f’kastig ta’ Alla.

     Ix-xorti ta’ dawk li kienu jsofru mil-lebbra u forom oħra ta’ mard tal-ġilda fiż-żmien Ġesu’ kienet waħda ħarxa ħafna. Kienu jgħixu l-bogħod mill-komunita’. Kienu maqtugħin ukoll mill-ħajja reliġjuża tal-komunita’ u kienu meqjusin ‘imniġġsin spiritwalment.

     Il-mixja ta’ Ġesu’ tagħtina mudell tal-mixja tal-fidi għall-Insara ta’ kull żmien. Il-fidi teħles lill-bniedem,”mit-twarrib” fil-ġenb tal-ħajja għall-fejqan u d-dinjita’ tal-ħajja l-ġdida ma’ Ġesu’.

     Din il-ġrajja tagħtina l-passi ta’ din il-mixja kateketika. L-istess passi nsibuhom fil-miraklu tal-agħma ta’ Ġeriko, fit-tarf l-ieħor tal-mixja lejn Ġerusalem.

     Li tesprimi graditudni hija iktar minn sempliċi barka jew grazzja; hija ssaħħaħ mill-għeruq ir-relazzjoni bejn dak li jagħti u dak li jirċievi.

     Għalina, bħala nsara, trodd ħajr lil Ġesu’ issaħħaħ dik ir-relazzjoni tant importanti: il-fidi f’Alla.

     X’jagħmel is-Samaritan differenti mid-disgħa l-oħra? Hu waħdu rritorna lejn Ġesu’ biex jirringrazzjah talli ġie mfejjaq.

     Għal Lhud, fil-kultura tagħhom kienu jafu li Alla biss seta’ jfejjaq. Ġesu’ huwa intermedjatur tagħna ma’ Alla. Id-disgħa l-oħra li fiequ marru Ġerusalem ifaħħru l’Alla fil-preżenza tal-qassisin; is-samaritan ġie jfaħħar l’Alla fil-preżenza ta’ Ġesu’.

     Id-don ta’ Alla, mogħti minn Alla lil dawk li għandhom fidi, hija universali. Ma teskludi lil ħadd. Mhux sorpriża li Luqa, li kien pagan kien konxju fuq din il-ħaġa. L-attenzjoni biex jinkludi fil-kitbiet tiegħu referenzi lejn is-samaritani – dak il-grupp ta’ nies li l-Lhud kienu jqisuhom bħala kważi pagani – tirrifletti l-interess lejn il-konverżjonijiet li kienu tant importanti fl-ewwel komunitajiet Insara. Hu biss itina l-istorja tas-Samaritan it-Tajjeb; Jiddedika’ kapitlu (K8) tal-Atti tal-Appostli fix-xandir tal-evanġelju lis-samaritani; u issa hu waħdu jurina lil dan is-samaritan bħala eżempju ta’ fidi ħajja.

    ……………………

    ĠESU’ JFEJJAQ GĦAXAR LEBBRUŻI – IRRODDU ĦAJR LIL ALLA
    2 Slaten 5: 14-17; 2 Timotju 2: 8-13; Luqa 17: 11-19.
    Għandna it-talba ħerqana – talba li titwettaq fit-triq: “Ġesu’, Mgħallem, ikollok ħniena minna”. Il-fidi titwieled mit-talba mimlija tama f’Ġesu’ li jsalvana. Min-naħa għandna l-għarfien tal-miżerja tagħna, u min-naħa l-oħra, l-għarfien ta’ Ġesu’ bħala l-Imgħallem li kapaċi jsalvana.

    Il-lebbrużi kienu obbligati mil-Liġi biex jgħixu barra mill-irħula u bogħod min-nies. Fit-triq kienu jgħajtu li kienu mniġġsa. Il-lebbrużi obdew il-Liġi, għax bdew jgħajtu. Imma fl-istess ħin kisruha – f’isem il-fidi f’Alla li jsalva lill-imwarrbin. “L-għajjat” ta’ dawk li s-soċjeta’ twarrabhom, anki fi żmienna, huwa sejħa u talba għall-għajnuna u għall-ħajja ġdida, aktar milli protesta kontra l-miżerja li jinsabu fiha.
    Ġesu’ jwieġeb għall-fidi tagħhom: “Morru uru ruħkom lill-qassisin.” Din l-ordni ta’ Ġesu’ tinsab ukoll fil-Liġi, u turi l-istima ta’ Ġesu’ għad-drawwiet tal-poplu. Imma hawn tinstama bħala sfida lill-qassisin, li qatt ma setgħu jagħrfuh. Għax il-qassis biss seta’ jiddikjara lil wieħed lebbruż ‘imfejjaq’. Huwa kien joħroġ mal-imfejjaq, u jnaddfu mill-ġdiem permezz ta’ rit komplikat, b’ħasil, dlik u offerti ta’ sagrifiċċji (Lev 14: 1-32).

    Għandna l-fejqan – li wkoll jitwettaq fit-triq: “U ġara li huma u sejrin indafu mill-ġdiem”. Il-fejqan jiġri “huma u sejrin” – waqt mixja ta’ fidi f’ubbidjenza għall-kelma ta’ Ġesu’. U din il-mixja ssir waqt il-vjaġġ twil ta’ Ġesu’ lejn Ġerusalem – fejn Ġesu’ jgħaddi mill-mewt għall-ħajja, u miegħu jsieħeb lil dawk li jibqgħu mexjin warajh.
    Il-fejqan jissarraf f’imġiba ta’ radd il-ħajr u glorja lil Alla “f’riġlejn Ġesu`”: “Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, reġa’ lura jgħajjat u jfaħħar ‘l Alla, inxteħet f’riġlejn Ġesu’ u raddlu ħajr”. X’kien l-aktar importanti? Li lebbruż jibqa’ jiddependi mill-“qassisin” u r-riti tagħhom – istituzjoni li għamlet żmienha u ma kenitx kapaċi tfejjaq, jew “jerġa lura” lejn Ġesu’, dak li kapaċi jibda storja u soċjeta’ ġdida tal-bnedmin? Il-lebbruż għaraf li ma kienx ir-rit tal-qassis li naddfu, imma Ġesu’ u l-fidi tiegħu fih, li stqarrha billi nxteħet wiċċu fl-art f’riġlejh.
    Issa dan kien Samaritan. Bħala Samaritan kien imwarrab fis-soċjeta’ Lhudija. F’dan il-każ, kien imwarrab doppjament, għax kien ukoll lebbruż. Il-Lhud u s-Samaritani kienu jobogħdu lil xulxin. Imma fil-miżerja tagħhom kienu flimkien, solidali. Kif jiġri sikwit, id-diżgrazzja tgħaqqad il-bnedmin, imqar għedewwa ta’ xulxin, u tnessi d-differenzi u l-preġudizzji lejn xulxin.

    Ġesu’ jgħid lis-Samaritan: “Qum , mur, il-fidi tiegħek salvatek”. Il-kmand “Qum” ifakkar il-qawmien ta’ Ġesu’. Il-bniedem jerġa’ jibda mill-ġdid – mill-mewt għall-ħajja. Din l-espressjoni: “il-fidi tiegħek salvatek”, hija għażiża għal San Luqa. Biha juri ma’ min jissieħeb Ġesu’ fil-mixja tas-salvazzjoni. Dan l-istess kliem Ġesu’ qalhom lill-mara midinba fid-dar ta’ Xmun il-Fariżew (Lq 7:50), lil mara mfejqa minn nixxiegħa tad-demm (Lq 8:48), u lill-agħma ta’ Ġeriko (Lq 18:42). Il-fidi mhix xi ħaġa passiva, tiksibha darba u daqshekk, imma trid tmantniha, tkabbarha, u tħalliha timpenjak. Tagħraf li f’Ġesu’ biss hemm is-salvazzjoni, u tissieħeb fil-mixja miegħu u timpenja ruħek fl-istess missjoni.
    Dan kollu jgħinna nagħrfu għal min tħabbret il-Bxara t-Tajba tal-ħelsien li ġabilna Ġesu’. Alla jissieħeb ma’ dawk li ġew imwarrba mis-soċjeta’ u magħhom iġib is-salvazzjoni lid-dinja. Huma tilfu t-tama fis-soċjeta’ li warrbithom, u hekk lesti biex jagħtu bidu flimkien mal-imfaqqra tad-dinja, għal dik is-soċjeta’ l-ġdida, li Ġesu’ kien isejħilha “s-Saltna ta’ Alla’ fl-art.
    Insibu ħafna li jiġru wara stejjer ta’ “mirakli” ta’ fejqan, anki fi żmienna. Ifittxu l-mirakli ta’ Alla, imma mhux lil Alla tal-mirakli. L-istess bħalma ġara fi żmien Ġesu’, huma ħafna li jfittxuh biex “jitfejqu”, iżda ftit huma dawk li jimpenjaw ruħhom biex “ifejqu” ma’ Ġesu’. Jiġifieri jimpenjaw ruħhom biex jissieħbu miegħu fil-“mixja” tiegħu “lejn Ġerusalem”, għas-salvazzjoni tad-dinja.
    Nixtieq insemmi tema oħra li ta min jirrifletti fuqha f’dan il-vanġelju. It-tema ta’gratitudni. Li tolqtok hu li l-għaxra li huma ġew imfejqa. Dak li mar iroddlu ħajr, ma ħa xejn iktar minnhom, ħlief l-assigurazzjoni mill-Mulej: “Il-fidi tiegħek salvatek”.
    Il-qari tal-lum jipprovdilna opportunita’ biex nirriflettu fuq id-disposizzjoni tagħna waqt it-talb. Aħna nitolbu lil Alla għal xi grazzja speċjali, imma imbagħad ninsew nuru l-gratitudni tagħna lejĦ billi nirringrazzjawh meta naqilgħu il-grazzja? Nipperseveraw (inkomplu sa l-aħħar) fit-talb tagħna, bħalma San Pawl baqa’ jippersevera fit-tbatijiet? (it-tieni qari)
    Il-qari tal-lum jipprovdilna tweġibiet l-għaliex it-talbiet tagħna ma jkunux imwieġba. Il-qari jgħallimna li aħna nitfejqu, meta aħna nuru l-gratitudni tagħna lejn Alla għall-abbundanza ta’ grazzji li Hu tana sa mill-bidu tal-ħajja tagħna. Illum, ejjew nirriflettu fuq ir-rikkezza tal-Kelma ta’Alla li għadna kemm smajna. Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex dejjem ifakkarna li nkunu grati lejn il-Mulej Ġesu’ tal-imħabba Tiegħu, tal-ħniena Tiegħu, u s-salvazzjoni Tiegħu.
    Ejjew ninkoraġġixxu lil xulxin biex nassiguraw li kull wieħed u waħda minna nibqgħu nipperseveraw sal-aħħar. Imbagħad nkunu nistgħu nisimgħu l-Kliem ta’Ġesu’ fil-qalb tagħna: Qum, mur, il-fidi tiegħek saħħitek, il-fidi tiegħek salvatek.

    ……………………………………

    Aqra sewwa u ifhem tajjeb dan il-passaġġ, qabel tgħaddi għar-riflessjoni. Isma’, mhux il-persuna li qiegħda taqra, imma lil Alla, li qiegħed ikellmek.
    Immedita’ x’qed tgħidlek din il-Kelma , u x’relevanza għandha fis-sitwazzjoni preżenti tiegħek. X’qed jgħidlek Alla permezz tagħha.
    Itlob u ħalli lill-Ispirtu jispirak u jgħinek taħseb fuq dak kollu li Alla għamel miegħek. Rodd ħajr lil Alla u faħħru.
    Ikkontempla u oqgħod bi kwietek quddiem Alla. Issa huwa l-ħin ta’ intimita’ ma’ Alla. Ħu gost fil-preżenza tiegħu u ħallih iġeddidlek ruħek.
    Tmur għall-Azzjoni fejn tinvolvi ruħek fix-xogħol tiegħek fil-ħajja ta’ kuljum. Xhieda ta’ dak kollu li wieħed ikun immedita, talab fuqu u sar iktar konxju tal-Kelma . Il-Kelma ta’ Alla li tmexxi lil Insara ddedikati lejn il-bżonnijiet tal-oħrajn.

    ———————————————————————————————————–

Leave a Reply

November 2017
M T W T F S S
« Jun    
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930