The one who showed him mercy.

Luke 10:25-37

New International Version
10:25 Just then a lawyer stood up to test Jesus. “Teacher,” he said, “what must I do to inherit eternal life?”

10:26 He said to him, “What is written in the law? What do you read there?”

10:27 He answered, “You shall love the Lord your God with all your heart, and with all your soul, and with all your strength, and with all your mind; and your neighbor as yourself.”

10:28 And he said to him, “You have given the right answer; do this, and you will live.”

10:29 But wanting to justify himself, he asked Jesus, “And who is my neighbor?”

10:30 Jesus replied, “A man was going down from Jerusalem to Jericho, and fell into the hands of robbers, who stripped him, beat him, and went away, leaving him half dead.

10:31 Now by chance a priest was going down that road; and when he saw him, he passed by on the other side.

10:32 So likewise a Levite, when he came to the place and saw him, passed by on the other side.

10:33 But a Samaritan while traveling came near him; and when he saw him, he was moved with pity.

10:34 He went to him and bandaged his wounds, having poured oil and wine on them. Then he put him on his own animal, brought him to an inn, and took care of him.

10:35 The next day he took out two denarii, gave them to the innkeeper, and said, ‘Take care of him; and when I come back, I will repay you whatever more you spend.’

10:36 Which of these three, do you think, was a neighbor to the man who fell into the hands of the robbers?”

10:37 He said, “The one who showed him mercy.” Jesus said to him, “Go and do likewise.”

Please make sure you read the notes before you join our prayer
Open this page for some helpful questions that may guide you pray the Lectio Divina

One Response to “The one who showed him mercy.”

  1. Gejtu Farrugia says:

    Punti Interessanti:

    • Il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb insibuha biss fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Għandha l-għeruq tagħha f’dik li nistgħu nqisuha bħala l-qalba tad-“Diskors tal-Wita” (Lq. 6 20-49): “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom”.
    • Il-parabbola turina li l-prattika tal-ħniena fiċ-cirkostanzi tal-ħajja ma tiġix mil-liġijiet, imma mis-sensibilta’ ta dak li jkun lejn il-ħajja, speċjalment lejn il-ħajja ta’ dawk li huma fil-bżonn.
    • Biex napprezzaw l-impatt sħiħ li tħalli din il-parabbola rridu nifhmu l-mibegħda li kienet ilha teżisti. Il-Lhud ma kinux iġibuhom lis-Samaritani u kienu jqisuhom bħal ‘imniġġsa’, mhux aħjar mill-pagani. (Ġw. 4: 9)
    • Is-Samaritani kienu residenti minn distrett ta’ Samarija, li tiġi bejn Galilija u Ġudeja. Minħabba li kienu jitħalltu u jiżżewġu ma’ barranin ta’ nazzjonijiet oħra, għal-Lhud ma’ kienux ta’ demm pur Lhudi. Kellhom ukoll post għall-qima fit-Tempju fuq l-għolja ta’ Ġereżim. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Lhud ma kienx ikollhom x’jaqsmu magħhom. Kienu rivali għal xulxin.
    • L-għaref tal-Liġi kienet persuna li tgħallem u tinterpreta’ l-Liġi Lhudija. L-espert tal-Liġi tal-istorja tagħna tal-lum, jinsab iggranfat mal-kodiċi tal-liġi, imma fihom innfushom ma jittrasmettux ħajja. Ma għandux ħila joħroġ mill-iskema ta’ moħħu – jaf li l-liġijiet kollha jinġabru fil-liġi tal-imħabba, imma ma jirnexxilux “iħobb”.
    • Fil-waqt li l-għaref irid ikun jaf min hu l-proxxmu qabel ma jsir iħobbu, is-Samaritan għamel l-oppost.
    • Dan il-passaġġ għandu żewġ punti mportanti: IL-Missjoni Nisranija u l-Osservanza tal-Liġi. Filwaqt li tipprovdi lezzjoni qawwija fuq il-ħniena lejn dawk fil-bżonn, tipproklama wkoll li dawk li m’humiex Lhud jistgħu josservaw il-Liġi u jirtu l-ħajja eterna.
    • Ġesu’ juża’ din il-parabbola biex jibgħat messaġġ qawwi: Ħobbu lil xulxin u aqdu lil min hu fil-bżonn mingħajr ma teskludu lil ħadd.

    =============================================

    IL-PROXXMU MIN HU? – L-IMĦABBA LI TQARRIBNA LEJN XULXIN

    Il-Ħmistax il-Ħadd matul is-Sena: Dewt. 30: 10-14; Kol 1: 15-20; Luqa 10: 25-37.

    Iktar ma wieħed jaqra l-Vanġelu – speċjalment il-Vanġelu ta Luqa, iktar wieħed iħoss li l-qalba tal-ħajja Nisranija hija servizz lejn l-umanita’ kollha. Veru li aħna rridu nemmnu fil-messaġġ li Alla irrevela lilna, imma kif tgħid l-Ittra ta’ San Ġakbu, “fidi mingħajr azzjoni hija mejta”. Li temmen tfisser li tagħmel.

    X’qed jgħidilna l-Evanġelju llum? Il-parabbola tippreżentalna tliet modi kif tgħix ir-reliġjon: dak tas-saċerdot, tal-levita u tas-samaritan. Is-saċerdot u l-levita jagħlqu l-prattika tar-reliġjon fil-ħitan tat-tempju u fiċ-ċerimonji bla ħajja tat-tempju. Wieħed li kien bniedem tar-reliġjon, qassis, moħħu fil-kult, fit-tempju, jibża’ “jitniġġes” – għalih, fit-tempju biss nistgħu nagħmlu kuntatt ma Alla. L-ieħor levita, reliġjuż, wieħed li jgħin fil-kult tal-altar, jagħmel id-dmirijiet tiegħu bħall qassis – “jarah u jibqa’ għaddej”. Għalih l-importanti kien li “jarah”, li jkun jaf min hu l-proxxmu tiegħu, mhux li jkun jaf kif jersaq lejh meta jenħtieġ l-għajnuna.

    Fl-aħħar għadda wieħed Samaritan. Dan ma kienx marbut ma’ kodiċi ta’ liġijiet li jifirdu lill-bnedmin minn xulxin u jagħżlu bejn bniedem u ieħor. Ma qagħadx jistaqsi “min kien il-proxxmu tiegħu”, sempliċiment “resaq lejh”. Il-parabbola turi li Alla kien abbanduna t-tempju u ċ-ċerimonji bla ħajja tiegħu, ried jidentifika ruħu mal-imwarrbin u man-nies li jbatu.

    Fil-ħeġġa tagħna biex “nagħmlu”, faċli nitilfu lill-“proxxmu”, dak li hu qrib tagħna. Irridu ngħinu l-massa tal-fqar u ninsew il-fqir li joqgħod ftit il-bogħod minna. Irridu nsalvaw lid-dinja, u ninsew lill-bniedem. Nintilfu f’attivitajiet u f’ġiri ‘l hawn u ‘l-hemm, u ma nagħtux kas tal-bniedem li għandna quddiemna dan il-mument. Nserrħu l-kuxjenza tagħna b’ruxmata attivitajiet, “għandna ħafna x’nagħmlu”, u ma niqfux biex “nisimgħu” il-krib u l-bżonnijiet veri tan-nies li jkollna madwarna.

    Fl-ewwel Qari, il-ktieb tad-Dewteronomju jgħidilna li l-Liġi m’hijiex qiegħda “fis-sema” jew “lil hemm mill-baħar”, imma “qrib tiegħek ħafna, f’fommok u f’qalbek”. Ma kienx fit-tempju, fiċ-ċerimonji, fil-knisja, li s-Samaritan iltaqa’ ma’ Alla, imma fil-proxxmu tiegħu li kien jinsab fit-tbatija. Hemm iltaqa’ ma’ Alla u mal-vera reliġjon. Lill-“għaref tal-Liġi” u lilna, Ġesu’ qed jgħidilna: “Agħmel hekk int ukoll”.

    Li tkun proxxmu mhix xi ħaġa awtomatika. Tista’ tkun “qassis”, “levita”, membru f’għaqda reliġjuża u tista’ tkun ġej minn familja sewwa, u ma tkunx proxxmu għan-nies ta’ madwarek. Skont il-parabbola, biex tkun proxxmu, trid twarrab lilek innifsek, id-djarju tiegħek, il-preġudizzji tiegħek. Min hu l-proxxmu tiegħi hija mistoqsija li kull wieħed u waħda minna għandna nistaqsu u nwieġbu b’sinċerita’ u onesta’ kbira.
    Mod ieħor kif inpoġġu l-mistoqsija, hija : Lil min, fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum irrid ngħin? Min huma fid-dinja żgħira tagħna n-nies mixħutin f’nofs it-triq, jew fil-ġenb tat-triq tal-ħajja? U min huma “l-ħallelin” li jħallu lill-bniedem nofsu mejjet? Is-Samaritan it-Tajjeb ma baqax għaddej, imma “tqarreb” miegħu, tħassru, ħa fuqu l-piż tiegħu, baqa’ miegħu, fejn ma setax qabbad lil ħaddieħor u involvih fl-għajnuna, ħallas minn butu, u l-għada kellu jerġa’ jgħaddi biex jara x’jonqos.

    Importanti l-ġesti u l-azzjonijiet konkreti li ħa. Kull waħda minn dawn l-azzjonijiet tista’ tkun oġġett ta’ meditazzjoni tagħna:- Wasal ħdejh – u tħassru meta rah – resaq lejh – dewwielu l-ġrieħi – tellgħu fuq il-bhima tiegħu – wasslu f’lukanda – ħa ħsiebu – ħareġ żewġ dinari – tahom lil tal-lukanda – u qallu, “ħu ħsiebu”. Dawn il-ġesti kollha tas-Samaritan it-Tajjeb joffrulna program sħiħ għall-ħidma soċjali kemm personali, kif ukoll bħala komunita’.

    Il-ħajja tad-dixxipli ta’ Ġesu’ ma tikkonsistix biss li jkunu jafu sew id-duttrina u li jipprattikaw b’reqqa riti reliġjużi, imma fuq kollox li jipprattikaw il-ħniena mal-oħrajn, ikunu min ikunu. Bħas-Samaritan it-Tajjeb, li mqanqal mill-ħniena, resaq qrib il-midrub u għamel miegħu dak kollu li kellu bżonn, id-dixxipli jridu jgħixu l-istess imħabba u mogħdrija ta’ Ġesu’. Kemm nistgħu nkunu għodda ta’ rikonċiljazzjoni, kieku l-għemil tagħna jkun jixbaħ lil dak tas-Samaritan?

    Mhix ħaġa ħafifa għalina li nkunu Samaritani tajba. Biex inkunu nistgħu nagħmlu bħas-Samaritan tal-Evanġelju, irridu nifhmu mhux biss min hu l-proxxmu għalina, iżda wkoll min hu l-proxxmu għal Alla. Qabel kollox, huwa Alla li ħabb l-ewwel. Huwa tana mħabba bla tarf. Huwa qabilna kien is-Samaritan it-Tajjeb tal-bniedem. F’Ġesu’, Alla resaq ħdejna, dewwielna l-ġrieħi u ħa ħsiebna, aħna min aħna.

    Għalhekk huwa biss meta nifhmu u nġarrbu fina kemm u kif ħabbna Alla permezz ta’ Ġesu’ Kristu, li nkunu nistgħu nħobbu lil xulxin bħalma ħabbna hu. Għalhekk ukoll it-tieni kmandament tal-liġi jintrabat mal-ewwel wieħed. Għalhekk ukoll, fl-aħħar mill-aħħar, il-mod kif inħarsu lejn il-proxxmu tagħna, jurina kif fil-fatt qegħdin inħarsu lejn Alla. U l-qjies tal-imħabba tagħna lejn il-proxxmu jurina l-qjies tal-imħabba tagħna lejn Alla.

    B’din il-parabbola, Ġesu’ jagħmilha ċara li għandna dejjem inkunu proxxmu lil kull bniedem li jkollu bżonn l-għajnuna tagħna. Nistgħu ma nkunu ltqajna magħhom qatt, jistgħu jkunu minn razza differenti, jew minn reliġjon differenti, imma aħna xorta nistgħu nkunu l-proxxmu tagħhom.

    Xi jfisser ghall-hajja taghna u ghas-socjeta’ ta’ madwarna llum tkun “samaritan tajjeb”?

    Xi kwalita’ irid ikollha r-religjon taghna li tista’ tlaqqaghna ma’ Alla?

    Min huma dawk li quddiemhom, bif-fatti jekk mhux bil-kliem, qeghdin “inwarrbu mal-genb u nibqghu sejrin”? X’inhi r-raguni?

    Ahseb u ikkontempla fuq xi jfisser ghalik li thobb lil Alla b’qalbek, b’ruhek u
    b’mohhok u bil-qawwa tieghek kollha.

    Ara Dt.30: 10-14: il-Ligi qieghda, mhux fis-sema, imma qrib tieghek.
    Kol 1: 15-20: Gesu’ Kristu, il-milja tad-divin uman.

Leave a Reply

November 2017
M T W T F S S
« Jun    
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930