12 “I still have many things to say to you, but you cannot bear them now.
13 When the Spirit of truth comes, he will guide you into all the truth; for he will not speak on his own, but will speak whatever he hears, and he will declare to you the things that are to come.
14 He will glorify me, because he will take what is mine and declare it to you.
15 All that the Father has is mine. For this reason I said that he will take what is mine and declare it to you. |
Il-Misteru tat-Trinita’ hu baziku ghall-fidi taghna. Is-sinjal tas-salib jigbor fih dan il-misteru u hu minnu nnifsu wiehed mill-misteri tat-taghlim tal-Knisja. It-Trinita’ hu misteru li llum mhux qed jigi accettat kif gieb u lahaq u ghall-mistoqsijiet li qed jaghmlu n-nies, dan irid aktar minn risposta bhall: “dan hu t-taghlim tal-Knisja u trid taccettah”.
Id-dutrina tal-Knisja dwar Alla maz-zmien zviluppat f’hafna studji ta’ matematika u mhux Fidi. |viluppat fi studju ta’ kif – Alla wiehed fi tliet persuni…tliet persuni f’Alla wiehed… etc. Insejna li din hi kwistjoni ta’ Esperjenza ta’ Fidi. Jigifieri, l-fidi tigi b’esperjenza ta’ Alla. L-approach taghna m’ghandux ikun wiehed li rridu nifhmu kif dan hu possibli matematikament. M’ghandux ikun ta’ investigazzjoni biex nifhmu jew nirragunaw kif dan hu possibli. L-anqas m’ghandna noqghodu naghmlu spekulazzjonijiet filosofici. Dak li jinteressana hu kif Alla jirivela lilu nnifsu lilna bhala Trinita’ u dan fil-qies tal-fidi li ahna nkunu rcevejna.
Il-Fidi u l-Logika – fit-Teologija l-aktar li tinteressana hi l-fidi u l-possibilita’ tal-fidi. Anke l-pagani jemmnu li hemm xi hadd suprem (a super being). Lilna bhala insara jinteressana biss ‘l Alla li rrivelalna lilu nnifsu f’Gesu’ Kristu. Dan Alla ta’ Gesu’ Kristu ma jistax ikun li tifhmu bil-logika tal-bniedem. B’din il-logika tista’ tasal ukoll ghall-konkluzjoni li Alla ma jezistix. Ahna rridu naslu fil-possibilita’ ta’ Alla li rrivelalna Gesu’ Kristu, jigifieri, ta’ Alla mohbi, li Gesu’ rrivelah fil-Misteru ta’ l-Ghid. F’dan il-Misteru ta’ l-Ghid, Alla jidher sieket, impotenti u mirbuh. Imma f’dan il-misteru Alla wera l-quccata ta’ l-imhabba u l-qawwa tieghu. Dawn urihom f’Gesu’ Kristu.
Mela kif ghidt, il-fidi mhix frott tal-logika u l-intelligenza, ma tistax tasal ghaliha bil-logika, bis-sahha tieghek, izda frott t’esperjenza BISS. Kieku hi hekk allura kollox car. Jekk ahna naraw car dak kollu li nittamaw fih, allura mhemmx lok ghall-fidi. Imma l-verita’ mhix hekk. Il-fidi hija don, rigal li Alla jaghti lill-bniedem. Biex tgharaf ‘l Alla jrid ikollok esperjena personali tieghu.
“Qabel l-esperjenza tal-fidi, il-bniedem jehtieg il-grazzja t’Alla biex tmexxieh u tassistih; jehtieg l-ghajnuna interjuri ta’ l-Ispirtu s-Santu, li jcaqlaq il-qalb u jdawwarha lejn Alla, li jiftah ghajnejn il-mohh tal-bniedem u jaghmilha facli biex jaccetta u jemmen il-Verita’. L-istess Spirtu s-Santu kontinwament jipperfezzjona il-fidi bil-karizmi u b’hekk ir-Rivelazzjoni ssir dejjem aktar mifhuma.” (Dei Verbum: Kap.1 para 5)
Il-Grajja Trinitarja: il-qofol ta’ l-esperjenza taghna ta’ Gesu’ Kristu hu l-Misteru tal-Ghid u hu ghalhekk li hafna teologi jitkellmu fuq dan il-misteru bhala Grajja Trinitarja. Fil-mewt u l-Qawmien tieghu, Kristu wriena l-misteru ta’ Alla u dan Alla hu differenti hafna minn dak tal-filosfi. Kien ghalhekk li San Pawl lil Korintin qalilhom li Kristu Msallab hu tfixkil ghal Lhud u bluha ghall-pagani. Kristu hu r-Rivelazzjoni ta’ Alla nnifsu. Hu ghalhekk Carl Barth jitkellem fuq Alla l-Missier bhala dak li jirrivela ruhu; Gesu Kristu bhala dak li jigbor fih il-milja tal-kontenut ta’ din ir-Rivelazzjoni; u l-Ispirtu s-Santu bhala dak li jdawwlilna mohhna biex naghrfu din ir-Rivelazzjoni. Hu dejjem Alla li qed jagixxi. L-Ispirtu s-Santu, li hu Alla fina, jghina naghrfu din ir-Rivelazzjoni u b’hekk igibna ghall-Fidi.
Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu: Ghaliex m’ghandniex nemmnu f’Alla wiehed u noqghodu nghidu li hemm Alla fi Tlett Persuni? Ghaliex ahna koncernati minn Alla fi Tlett Persuni? Dan ma nghiduhx ghax ahna specjali jew biex inkunu ahjar minn haddiehor. Din ghandha relevanza kbira. Dak li m’ghandux relevanza hu l-fatt, li ahna insistejna wisq fuq Alla fi tlett persuni u li dan hu misteru u daqshekk.
Fil-fatt, ahna nemmnu li bhalissa qed nghixu z-zmien ta’ l-Ispirtu s-Santu ghax Alla li kien ta bidu ghall-affarijiet, hu Alla li llum ghadu qed isostni lilna fil-hajja taghna bhala Knisja u bhala Komunjoni. Ghalhekk il-fidi taghna hi Trinitarja. Jekk niehdu l-Kredu, naraw li dan hu maqsum fi tlett partijiet: Alla l-Missier, Alla l-Iben; u Alla l-Ispirtu s-Santu. Issa kif jidhlu l-affarijiet ta’ Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu hi l-istruttura fondamentali tal-fidi taghna. Jigifieri, il-mod kif l-gharfien taghna ta’ Alla hu Trinitarju hu fondamentali.
L-aktar importanti fil-Kristologija hu l-Misteru tal-Ghid, ghax kif ghidt, din hi Grajja Trinitarja. Kien fl-Inkarnazzjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Gesu’ li Alla wera min hu personalment. U ghalhekk li fil-Kristjanezmu ma nistghux noqghodu nargumentaw u naghmlu analizi filosofici dwar Alla. L-unika Alla li nafu hu dak kif rivelat lilna b’Gesu’ Kristu.
Fil-bidu, ghidt li t-Trinita’ hi bazika ghall-fidi taghna. Dan ghaliex Hu Alla nnifsu li jinzel ifittex il-bniedem. Hi dik li twassalna ghall-esperjenza personali tal-fidi. Alla(L-Missier) jibda Storja ta’ Salvazzjoni biex jehlisna mill-jasar tad-dnub li fih waqa l-bniedem. Tibda r-Rivelazzjoni u din tilhaq il-milja taghha fl-Inkarnazzjoni ta’ Gesu’ Kristu (l-Iben). Kristu li jurina min hu Alla u min hu l-bniedem. Kristu Li hu ‘Storja li tkompli’: L-Ispirtu ta’ Kristu mqajjem mill-mewt – titwaqqaf il-Knisja(l-Ispirtu s-Santu). Permezz tal-Knisja, kull persuna, bid-dawl tal-fidi, ta’ l-Ispirtu s-Santu, tista’ taghmel l-istess esperjenza ta’ l-Irxoxt, l-istess esperjenza ta’ l-Appostli – ta’ l-ewwel Komunita’.
Trinita’ u Komunita’
Fit-Trinita’ Qaddisa, kollox hu Wiehed. Il-persuni huma ugwali f’kollox, jaqsmu kollox bejniethom; imhabba bla tarf torbothom flimkien f’ghotja shiha lil xulxin. Huma maghżulin minn xulxin, imma mhux maqsumin. Ghalhekk kull firda bejn il-bnedmin tmur kontra l-pjan li Alla fassal sa mill-holqien tad-dinja, li jaghmel il-bniedem fuq xbieha tieghu. Xi jfisser dan ghall-komunita’ tal-bnedmin mahluqin xbieha ta’ Alla? X’ghandu jfisser dan ghal kull Komunita’ Nisranija?
It-Trinita’ Qaddisa hija l-mudell u l-ideal tal-Komunita’ Nisranija, u din min-naha taghha, ghandha tkun mera tat-Trinita’ fid-dinja. Dan il-Misteru tat-Trinita’ Mqaddsa ggeghelna nistaqsu dwar is-sehem taghna, kemm personalment u kemm bhala Komunita’ Nisranija f’dan il-progett ta’ Alla. Kif ghidt, Ġesu’ tana l-ideal għoli tat-Trinita’ Qaddisa biex ikun il-mudell tal-ħajja tagħna fil-Knisja tiegħu u fid-dinja. Kif insibu fi (Gwanni 17: 21): “Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ha jkunu huma wkoll haga wahda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bghattni.
L-gharfien ta’ din l-imhabba qaddisa titlob minna twegiba. It-Trinita’ Qaddisa ma turiniex biss Allu min hu, izda tghidilna wkoll ahna x’ahna u x’suppost inkunu. Kull ma jsir mill-Knisa – organizzazzjonijiet, ghaqdiet u movimenti, katekezi, liturgija, djakonija – ghandu jwassal biex il-Knisja ssir “sagrament tal-ghaqda tat-Trinita’ Qaddisa u tal-bnedmin”.
Issa biex nagharfu l-imhabba, irridu nghixu fl-imhabba (1 Gw. 4: 8). Biex nagharfu lil Alla rridu nagharfu lil Gesu’, l-Iben ta’ Alla. Biex nagharfu lil Gesu’ jrid ikollna l-Ispirtu s-Santu. Biex nagharfu l-misteru tat-Trinita’ Qaddisa rridu nghixu f’Komunita’ tat-Trinita’ Qaddisa; u din hija l-avventura tal-hajja nisranija taghna.