Mod Iehor Kif Insolvu l-Problemi tal-Kultura Taghna

05.26.2010 · Posted in Home

Jista’ jkun li ma naqblux fuq il-hazen ta’ zmienna jew il-problemi tal-kultura taghna. Izda zgur li naqblu li hemm xi erba’. Kif kont tipprova tindirizzahom? Li kieku kellek il-mezzi u s-sahha biex issolvihom, x’ kont taghmel? Aktarx li kont tuza’ il-qawwa u s-sahha tieghek kollha biex teqred lil min qed jikkaguna dak il-hazen jew problemi. U jekk tinzerta li tkun nieqes mill-mezzi u mis-sahha biex taghmel dan, kont titlob u tistenna li xi darba jinqala’ xi hadd li jkollu l-kuragg jaghmel hekk hu.

Elfejn sena ilu, il-Lhud, li kienu ilhom sekli mahkuma, l-ewwel mill-Griegi u mbaghad mill-Imperu Ruman, kienu qed jistennew bil-herqa il-Messija, is-Salvatur, jew xi bniedem b’ sahhtu, sejjahlu li trid. Il-Lhud kienu jemmnu bis-shih, jemmnu fil-qawwa ta’ Alla, li helsithom mill-jasar ta’ l-Egittu “b’ id qawwija”. Jew temmen f’ Alla qawwi u tistenna li huwa jagixxi bil-qawwa kollha tieghu, jew inkella ma temmen f’ Alla xejn.

Madanakollu, l-istorja ta’ Pentekoste tissorprendina, bhalma jaghmel il-Misteru tal-Inkarnazzjoni u l-Misteru tal-Ghid. Il-mod kif Alla taghna jaghzel li jidhol fl-istorja u l-kultura taghna, m’ huwiex kif ahna konna nimmaginaw jew nistennew li jaghmel. Ghazel li jitwieled minn tfajla zghazugha u semplici minn rahal imwarrab u f’ ghar ‘il barra minn Betlehem. Ghazel li joffri lilu nnifsu biex jirriskatta d-dejn kollu taghna, minflok ma jorganizza kampanja militari u jmexxiha mill-ufficcju tieghu waqt li jibghatna niggieldu ghalih u ghalina. Ghazel li jxerred il-holqien gdid tieghu billi jibaghat l-Ispirtu s-Santu fuq ftit nies. Bhal meta taghti zerriegha lil bidwi. Biz-zmien jispicca biex izomm, mhux biss il-familja tieghu, u n-nies ta’ pajjizu, imma wkoll popli ohra.

Il-Festa ta’ Pentekoste tista’ tiddisappuntta lil hafna nies li jemmnu. Ghal hafna ohrajn, jista’ jkun li diga saret festa vojta minn kull sens partikulari. Izda, f’ kull celebrazzjoni ta’ Pentekoste, xi haga kbira tkun qed tigri. Zerriegha gdida tkun qed tinzera’; hajja gdida tkun qed titneissel; tama gdida tkun qed tiehu n-nar fil-qalb ta’ xi hadd li tassew jemmen. Xi hadd, x’ imkien, ikun qed jiftah qalbu ghall-Ispirtu s-Santu biex jixhet id-dell tieghu fuqu. Xi hadd zgur li kellu l-kuragg u l-fidi jistqarr l-istess iva bla kundizzjoni imlissna minn Marija elfejn sena ilu. Xi hadd ikun qed jahsad il-frott tal-intercessjoni ta’ Marija u jibda jiehu l-kliem ta’ Gesu’ bis-serjeta’: “Intom tkunu xhud tieghi sat-truf kollha tal-art”. Nistennew u naraw!

April 2024
M T W T F S S
1234567
891011121314
15161718192021
22232425262728
2930  

Updates: Magna Gdida ghall-Website Taghna

Grazzi ghal Kieran Sciberras, iben is-Segretarja taghna, fil-jiem li gejjin se nkunu qed naqilbu l-website taghna fuq magna gdida.  Dan se jiffacilita l-izvilupp taghha, kif ukoll il-partecipazzjoni ta’ aktar membri mill-Komunita’ taghna.

Sadattant, itlob u segwi!